280 likes | 457 Views
Qari mill-ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Tessalonkin. 1 Tess 4, 1-8. Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom. Ħuti, intom tgħallimtu mingħandna kif għandkom timxu biex togħġbu lil Alla, kif tabilħaqq qegħdin iġġibu ruħkom; aħna f’Sidna Ġes ù nitolbukom u nħeġġukom biex.
E N D
Qari mill-ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Tessalonkin 1 Tess 4, 1-8 Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom.
Ħuti, intom tgħallimtu mingħandna kif għandkom timxu biex togħġbu lil Alla, kif tabilħaqq qegħdin iġġibu ruħkom; aħna f’Sidna Ġesù nitolbukom u nħeġġukom biex
tagħmlu xi ħaġa iżjed. Tafu x’tagħlim tajniekom permezz ta’ Sidna Ġesù. Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom; lititbiegħdu miż-żina’, u li kull wieħed minnkom
iżomm ’il ġismu fil-qdusija u l-ġieħ, u ma jħallix il-passjoni tagħelbu bħall-pagani li ma jagħrfux lil Alla. F’din il-ħaġa ħadd ma għandu jagħmel tort jew ħsara lil ħuh, għax
il-Mulej jaf jitħallas ta’ dan kollu, kif ġa għednielkom qabel u tajniekom xhieda. Għax Alla ma sejħilniex biex ngħixu fiż-żina’, imma fil-qdusija.
Għalhekk min iwarrab dan it-tagħlim, ikun iwarrab mhux lill-bniedem, iżda lil Alla li takom l-Ispirtu qaddis tiegħu.
Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali R:/ Ifirħu, ġusti, fil-Mulej
Il-Mulej isaltan!Ħa taqbeż l-art bil-ferħ, u jifirħu l-ħafna gżejjer! Sħab u dlam hemm madwaru; is-sewwa u l-ħaqq is-sisien tat-tron tiegħu.
Bħax-xama’ jdubu l-muntanji quddiem il-Mulej, quddiem is-Sid tal-art kollha.
Ixandru s-smewwiet il-ġustizzja tiegħu; jaraw il-popli kollha s-sebħ tiegħu
Iħobb il-Mulej lil min jobgħod il-ħażen, iħares il-ħajja ta’ ħbiebu, jeħlishom minn idejn il-ħżiena.
Ifeġġ id-dawl fuq il-ġust, u l-hena għal qalb in-nies sewwa. Ifirħu, ġusti, fil-Mulej, u faħħru l-isem qaddis tiegħu.
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Ishru, u itolbu l-ħinkollu, biextkunutifilħutieqfuquddiem Bin il-bniedem. Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew Mt 25, 1-13 R:/ GlorjalilekMulej Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!
F’dak iż-żmien, Ġesùqal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-saltna tas-Smewwiet ixebbhuhama’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex
jilqgħul-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss
l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu. Imbgħad f’nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat:
‘Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!’Dawk ix-xebbiet qamu ilkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom. Iżda il-boloh qalu lill-għaqlin: <Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ
tagħna jintfew.>Qabżu l-għaqlin u qalu: <Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom! L-aħjar, morru għand tal-ħanut u ixtru għalikom.>
Xhin dawk marru biex jixtru jiġi l-għarus; dawk li kienu lesti daħlu miegħu għall-festa tat-tieġ, u l-bieb ingħalaq. Saflaħħar waslu wkoll ix-xebbiet l-oħra, u bdew
għidu:<Sinjur, Sinjur, iftħilna!>Iżda hu weġibhom u qal: <Tassew, ngħidilkom, lilkom ma nafkomx.> Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u lanqas is-siegħa.”
Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu