390 likes | 552 Views
www.ofm.org.mt. IL-FQAR FL-ISPIRTU. Ir -Raba’ Ħadd ta ’ Matul is- Sena A. L-1 Qari Qari mill-Ktieb tal-Profeta Sofonija Sof 2, 3; 3, 12.13. Fittxu l-Mulej ilkoll, intom, l-umli ta’ l-art, li tagħmlu ordnijietu; fittxu l-ġustizzja, fittxu l-umilta’;.
E N D
www.ofm.org.mt IL-FQAR FL-ISPIRTU Ir-Raba’ Ħaddta’ Matul is-Sena A
L-1 QariQari mill-Ktieb tal-Profeta SofonijaSof 2, 3; 3, 12.13
Fittxu l-Mulej ilkoll, intom, l-umli ta’ l-art, li tagħmlu ordnijietu;fittxu l-ġustizzja, fittxu l-umilta’;
biex forsi f’jum il-korla tal-Mulej ikollkok fejn tistkennu.
U nħalli f’nofsok poplu umli u mċekken,u f’isem il-Mulej ifittxu l-kenn il-fdal ta’ Israel.
Ma jagħmlux ħażen, ma jgħidux kliem b’ieħor,u lsien qarrieq ma jibqax iżjed f’fommhom,
hekk li joqogħdu jirgħu u jistrieħu bla ma jbeżżagħhom ħadd.
Il-Mulej iżomm kelmtu għal dejjem,jagħmel ħaqq lill-maħqurin,jagħti l-ħobż lill-imġewħin.Il-Mulej jeħles ‘l-imjassrin.
R/. R/.Ħenjinil-fqar fl-ispirtu.
Il-Mulej jiftaħ għajnejn il-għomja,il-Mulej jerfa’ l-milwijin,il-Mulej iħobb il-ġusti.Il-Mulej iħares il-barranin.
R/. R/.Ħenjinil-fqar fl-ispirtu.
Il-Mulej iżomm l-iltim u l-armla,imma triqat il-ħżiena jħarbathom.Il-Mulej isaltan għal dejjem,Alla tiegħek, Sijon, minn nisel għal nisel.
R/. R/.Ħenjinil-fqar fl-ispirtu.
It-2 QariQari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin1 Kor 1, 26-31
Qisu s-sejħa tagħkom, ħuti. Għax mhumiex ħafna l-għorrief skond il-qjies tad-dinja, mhumiex ħafna s-setgħana, mhumiex ħafna n-nobbli.
B’danakollu Alla għażel il-ħwejjeġ boloh tad-dinja biex iħawwad il-għorrief;
il-ħwejjeġ dgħajfa tad-dinja għażel Alla biex iħawwad il-qawwija; Alla għażel il-ħwejjeġ baxxi u mistmerra tad-dinja,
u l-ħwejjeġ li ma huma xejn, biex iġib fix-xejn il-ħwejjeġ li huma xi ħaġa.
Permezz tiegħu intom tinsabu fi Kristu Ġesu’, hu li sar għalina għerf ġej minn għand Alla, ġustizzja,
qdusija u fidwa, biex, kif inhu miktub, ‘Min jiftaħar, ħa jiftaħar fil-Mulej.’
Hallelujah. Hallelujah.Fidilil-Mulejf’kullkelmatiegħu,twajjeb fl-egħmiltiegħukolluHallelujah
F’dak iż-żmien: Ġesu’, kif ra l-folol, tela’ fuq il-muntanja u, wara li qagħad bilqiegħda, resqu lejh id-dixxipli tiegħu.
U hu fetaħ fommu u qabad ikellimhom u jgħid:“Ħenjin il-fqar fl-ispirtu,għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
Ħenjin ta’ qalbhom ħelwa,għax huma jkollhom l-art bħala wirt.
Ħenjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzzja,għax huma jkunu mxebbgħa.
Ħenjin dawk li huma safja f’qalbhom,għax huma jaraw ‘l Alla.
Ħenjin dawk li huma ippersegwitati minħabba fil-ġustizzja, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
Ħenjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jgħidu kull deni fuqkom bil-gideb minħabba fija.
IL-FQAR FL-ISPIRTU www.ofm.org.mt Ir-Raba’ Ħaddta’ Matul is-Sena A