1 / 24

Di ċ embr u 2013

Kelma tal-Ħajja. Di ċ embr u 2013. « Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba għal xulxin u lejn kulħadd » ( 1 Tess 3,12).

mala
Download Presentation

Di ċ embr u 2013

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Kelma tal-Ħajja Diċembru 2013

  2. «Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba għal xulxin u lejn kulħadd» (1 Tess 3,12).

  3. Dan hu kliem li San Pawl kien imdorri juża biex jibgħat l-awguri lill-komunitajiet tiegħu u fl-istess ħin jitlob lill-Mulej grazzji speċjali għalihom.(AraEf 3,18; Fil 1,9 eċċ.).

  4. Hawn hu qiegħed jitlob biex it-Tessalonikin jaqilgħu l-grazzja li jinħabbu bejniethom u biex din l-imħabba tibqa’ tikber.

  5. Dan il-kliem ma kitbux biex bħal speċi jwiddibhom, għax huma ma kinux jinħabbu bejniethom, imma għax ried ifakkarhom f’liġi li nsibuha fl-imħabba nnifisha: li din trid dejjem tikber.

  6. «Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba għal xulxin u lejn kulħadd» (1 Tess 3,12).

  7. Billi l-imħabba tinsab fil-qalba tal-ħajja nisranija, jekk din ma timxix ’il quddiem, il-ħajja kollha tan-nisrani tħoss dan l-effett, bir-riżultat li tibred sa ma tasal ukoll biex tintefa.

  8. Mhux biżżejjed tifhem b’mod ċar il-kmandament tal-imħabba tal-proxxmu u lanqas tibda tħoss entużjażmu kbir u ħeġġa meta tikkonverti għall-Vanġelu.

  9. Jeħtieġ tkabbar din l-imħabba u tibqa’ żżommha dejjem ħajja u attiva.

  10. Issa dan iseħħ jekk b’ġenerożità kbira nkunu dejjem lesti li naħtfu l-okkażjonijiet ta’ kuljum li toffrielna l-ħajja.

  11. «Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba għal xulxin u lejn kulħadd» (1 Tess 3,12).

  12. Skont San Pawl il-komunitajiet insara jrid ikollhom dik il-freskezza u għożża ta’ familja vera.

  13. Għalhekk nistgħu nifhmu l-intenzjoni tiegħu meta wissiehom biex joqogħdu attenti mill-perikli li kienu qed jhedduhom: l-individwaliżmu, is-superfiċjalità u l-medjokrità.

  14. Imma San Pawl ried ukoll iħarishom minn periklu kbir ieħor, marbut ma’ dak ta’ qablu: li jintelqu u jgħixu ħajja ordnata u trankwilla, imma magħluqin fihom infushom.

  15. Hu ried komunitajiet miftuħa, għax l-imħabba titlob lil dawk tal-istess twemmin li jħobbu ’l sħabhom u fl-istess ħin jgħinu ’l kulħadd; riedhom joqogħdu attenti għall-problemi u l-ħtiġiet ta’ kulħadd.

  16. Biex tħobb sew trid tagħraf tilqa’ lil kull persuna, twaqqa’ kull firda, tagħraf it-tajjeb li hemm fl-oħrajn, kif ukoll tgħaqqad ix-xewqat tiegħek u l-ħeġġa biex tagħmel il-ġid ma’ dawk kollha ta’ rieda tajba.

  17. «Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba għal xulxin u lejn kulħadd» (1 Tess 3,12).

  18. Kif se ngħixu l-Kelma tal-Ħajja ta’ dan ix-xahar?

  19. Aħna wkoll irridu nfittxu li nikbru fl-imħabba ta’ bejnietna fil-familji tagħna, fuq il-post tax-xogħol, fil-komunitajiet jew għaqdiet tagħna, fil-parroċċi, eċċ. .

  20. Din il-Kelma titlob minna mħabba mill-aktar kbira, jiġifieri mħabba li tagħraf tmur lil hinn mill-kejl medjokru u mill-ħafna ostakli li jiġu mill-egoiżmu fin tagħna.

  21. Biżżejjed naħsbu f’ċerti aspetti tal-imħabba (nittolleraw, nagħdru, nilqgħu lil xulxin, nieħdu paċenzja, inkunu lesti naqdu, inħennu għan-nuqqasijiet veri jew li jidhrilna li huma veri li aħna naraw fil-proxxmu tagħna, ngħinu lill-oħrajn bil-ġid tagħna, eċċ.) biex niskopru ħafna okkażjonijiet li fihom nistgħu ngħixuha.

  22. Hija ħaġa ċara li jekk imbagħad, fil-komunità tagħna, ikun hemm din il-klima ta’ mħabba bejnietna, żgur li hi jirnexxilha tinfirex fuq kulħadd.

  23. Anki dawk li għadhom ma skoprewx il-ħajja nisranija, iħossuhom miġbudin lejha u xejn ma trid li, bla ma jindunaw, jidħlu fiha sa ma jħossuhom huma stess parti minn din il-familja.

  24. «Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba għal xulxin u lejn kulħadd» (1 Tess 3,12). Kitba ta’ Chiara Lubich, pubblikata f’Città Nuova, 1994/20, pp.32-33. Grafika Anna Lollobis-sehem ta’ Fr Placido D’Omina (Sqallija, Italja) * * * Il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb kull xahar f’96 lsien u djalett,u jilħaq miljuni ta’ persuni madwar id-dinjapermezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.Għal iżjed tagħrif żur is-sit www.focolare.org • Dan il-PPS, f’diversi ilsna, huwa mxandar fuq www.santuariosancalogero.org

More Related