140 likes | 865 Views
Il-Fortifikazzjonijiet ta’ Żmien l-Ingliżi. L-ewwel 50 sena Bini ta’ fortizzi u linji difensivi Il-Kanun tar-Rinella It-Tieni Gwerra Dinjija. Fortifikazzjonijiet 1800-1850. Fl-ewwel snin li l-Ingliżi ħakmu fuq Malta huma ma bnewx fortifikazzjonijiet ġodda
E N D
Il-Fortifikazzjonijiet ta’ Żmien l-Ingliżi L-ewwel 50 sena Bini ta’ fortizzi u linji difensivi Il-Kanun tar-Rinella It-Tieni Gwerra Dinjija
Fortifikazzjonijiet 1800-1850 • Fl-ewwel snin li l-Ingliżi ħakmu fuq Malta huma ma bnewx fortifikazzjonijiet ġodda • Huma rranġaw dawk li ħallew warajhom il-Kavallieri ta’ San Ġwann • Huma rranġaw Sant Anġlu, Sant Jiermu, il-Forti Ricasoli u Tigne` fost l-oħrajn.
Il-fortifikazzjonijiet madwar il-Portijiet • Fost l-oħrajn l-Ingliżi rranġaw il-Forti Sant Jiermu (ritratt fuq) fil-ponta tal-peniżola li fuqha nbniet il-Belt Valletta • Irranġaw ukoll il-Forti Sant Anġlu fil-ponta tal-Birgu (ritratt isfel).
Il-Forti San Luċjan f’Marsaxlokk • L-ittra B turina l-biċċa mibnija mill-Ingliżi. • Il-kumplament kien mibni qabel mill-Kavallieri
Fortizzi mill-Ingliżi wara 1870 • Wara l-1870 l-Ingliżi bnew bosta fortizzi madwar il-kosta. • Insemmu Forti Delimara u Forti Bengħajsa. • Bnew ukoll il-Victoria Lines. • Dan il-bini ġab xogħol għall-ħaddiema Maltin.
Il-Forti Rinella u l-Forti l-Cambridge Il-Forti Cambridge kellu jgħasses il-Port ta’ Marsamxett filwaqt li l-Forti Rinella kellu jgħasses il-Port il-Kbir
Il-Kanun tar-Rinella • Fir-Rinella l-Ingliżi nstallaw il-kanun li jiżen 100 tunellata. • Dan il-kanun kellu jgħasses il-Port il-Kbir. • Kanun ieħor ta’ 100 tunellata ġie nstallat fil-Forti Cambridge biex jgħasses il-Port ta’ Marsamxett. • Dawn il-kanuni kellhom linji (rails) biex fuqhom jassorbu l-impatt ta’ l-isparatura.
Il-Victoria Lines Innota t-tliet fortizzi mibnija matul il-Victoria Lines
Il-Victoria Lines • Linja difensiva li taqsam lil Malta minn Fomm ir-Riħ sal-Madliena. • Kellhom jilqgħu lil xi għadu li jinżel fil-bajjiet tat-Tramuntana ta’ Malta. • Il-Linji huma msaħħa permezz ta’ tliet fortizzi: Fort Binġemma, Fort Mosta u Fort Madliena.
It-Tieni Gwerra • Għall-popolazzjoni, biex jistkennu waqt l-air-raids, l-Ingliżi ħaffru x-xelters (fuq) • Biex jilqgħu xi invażjoni mill-Ġermaniżi u mit-Taljani, l-Ingliżi bnew “pill-boxes” bħal din ta’ l-istampa qrib il-forti Sant Jiermu.
Konservazzjoni u Restawr • Il-Fondazzjoni Wirt Artna irrestawrat u qed tieħu ħsieb il-Forti Rinella • Il-Kunsilli Lokali tar-Rabat u tal-Mosta qed jirrestawraw il-Victoria Lines • Il-MEPA ma tħallix li ssir ħsara lil dawn il-fortifikazzjonijiet li llum huma attrazzjoni turistika mill-aqwa.