1 / 27

Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27

Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27. Is-saltna u s-setgħa jingħataw lill-poplu tal-qaddisin ta ’ Alla l-Għoli. Jien, Danjel, ħassejtni mnikket fija nnifsi

tien
Download Presentation

Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb tal-ProfetaDanjel Dan 7,15-27 Is-saltna u s-setgħa jingħataw lill-poplu tal-qaddisin ta’ Alla l-Għoli.

  2. Jien, Danjel, ħassejtni mnikket fija nnifsi fl-ispirtu, u d-dehriet ta’ moħħi ħawduni. Ersaqt lejn wieħed minn dawk li kienu hemm wieqfa, u staqsejtu fuq dan kollu

  3. biex inkun żgur. U hu kellimni u għarrafni xi tfisser din il-ħaġa: “Dawn l-erba’ bhejjem kbar huma erba’ slaten li għad jiġu fuq l-art. Imma s-saltna jirċevuha

  4. l-qaddisin ta’ Alla l-Għoli, u s-saltna tibqa’ tagħhom għal dejjem, u għal dejjem ta’ dejjem.” Imbagħad ridt niżgura ruħi mir-raba’ bhima li ma kinitx bħall-oħrajn, dik

  5. il-bhima tal-biża’, li kellha s-snien tal-ħadid, u d-dwiefer tal-bronż, u li kienet tiekol u tfarrak, u tgħaffeġ il-fdal taħt saqajha. Ridt inkun naf fuq l-għaxart iqrun li kellha

  6. fuq rasha, u fuq il-qarn l-ieħor li nibet, u quddiemu nqalgħu minn għeruqhom tlieta mill-oħrajn, u kellu l-għajnejn u l-fomm jgħid ħafna kliem arroganti, u deher akbar mill-oħrajn.

  7. Jiena u nħares, ġara li dak il-qarn għamel gwerra lill-qaddisin u għelibhom, sa ma ġie x-Xiħ fl-għomor u għamel il-ħaqq lill-qaddisin ta’ Alla l-Għoli, għax iż-żmien kien

  8. wasal; u l-qaddisin irċevew is-saltna. Huwa qal: “Ir-raba’ bhima tfisser ir-raba’ saltna, li jkun hawn fuq l-art, u li ma tkunx bhas-saltniet l-oħra; hija tiekol l-art

  9. kollha, tisħaqha u tgħaffiġha. L-għaxart iqrun ifissru li minn din is-saltna jqumu għaxar slaten; u mbagħad warajhom iqum ieħor li ma jkunx bħalhom,

  10. u jwaqqa’ tliet slaten. Huwa jgħid kliem kontra Alla l-Għoli biex jifni lill-qaddisin tal-Għoli, u jkun irid ibiddel iż-żminijiet u l-liġi, u dawn jingħatawlu f’idejh għal

  11. żmien, żminijiet u nofs żmien. Imbagħad il-Qorti toqgħod bilqiegħda, u setgħa tiegħu jeħduhielu, biex ineħħuh u jeqirduh u jtemmuh. Is-saltna u s-setgħa u

  12. l-kobor tas-saltniet ta’ taħt is-smewwiet kollha jingħataw lill-poplu tal-qaddisin ta’ Alla l-Għoli. Saltnatu saltna għal dejjem, u kull setgħa taqdih u tisma’ minnu.”

  13. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  14. Salm Responsorjali R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  15. Bierku, ulied il-bniedem, il-Mulej. Bierek, Iżrael, il-Mulej.

  16. R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  17. Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej. Bierku, qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

  18. R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  19. Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej. Bierku, qaddisin u intom ta’ qalbkom umli, il-Mulej.

  20. R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  21. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Ishru, u itolbu l-ħin kollu, biex tkunu tifilħu tieqfu quddiem Bin il-bniedem. Hallelujah, Hallelujah

  22. Qari Mill-Evanġelju skontSan Luqa Lq21, 34-36 GlorjalilekMulej Ishru, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri.

  23. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib

  24. għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda. Għax hu Jum li għad jaqa’ bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq

  25. wiċċ l-art kollha. Ishru, mela, u itolbu l-ħin kollu, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin l-bniedem.”

  26. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  27. ĦSIEB

More Related