300 likes | 541 Views
Li Teduka hija espressjoni ħajja ta’ l-Imħabba. Linji Gwidi Edukattivi skond il-kariżma u r- Regoli tas-Sorijiet tal-Karit à ta’ Santa Giovanna Antida ta’ Thouret 2000.
E N D
Li Teduka hijaespressjoni ħajja ta’ l-Imħabba Linji Gwidi Edukattivi skond il-kariżma u r-Regoli tas-Sorijiet tal-Karità ta’ Santa Giovanna Antida ta’ Thouret 2000
Preżentazzjoni ta’ Sr Wandamaria Clerici maqluba għall-Malti minn Sr Rose Rizzo soc Titlu oriġinali: RIPARTIRE DALLE LINEE EDUCATIVE) a cura di Suor Wandamaria Clerici
Linji Gwidi li għadhom rilevanti ħafna Il-Madre Ġenerali tas-Sorijiet tal-Karità ta’ Santa Giovanna Antida ta’ Thouret qed tħeġġeġ lis-sorijiet kollha, l-aktar dawk impenjati fid-diversi oqsma edukattivi, uwkoll lill-kollaboraturi lajċi li magħhom jaqsmu l-missjoni ta’ SGA, sabiex jixtarru u jitrawmu fl-ispirtu u l-prattika ta’ dawn il-linji gwidi ispirati mit-testment imħolli minn Santa Giovanna Antida ’l fuq minn mitejn sena ilu.
Il-għala għadhom rilevanti? Għaliex huma strument li bih is-Sorijiet tal-Karità ta’ SGA u l-kollaboraturi jistgħu: • Jixtarru l-għerf ta’ l-imgħoddi u jħallu nifs ġdid jispira il-waqt u l-ġejjieni • Jirfinaw l-identità kariżmatika tagħhom • Jissaħħu b’mod konkret fl-arti diffiċli li tħobb waqt lil teduka • Jiġġeddu f’din l-avventura ta’ l-edukazzjoni
Nagħtu ħajja lill-kariżma ta’ SGA • Inkunu fidili lejn il-kariżma permezz ta’ l-azzjoni edukattiva fil-forom kollha tagħha • Nagħtuha l-ħajja billi nilqgħu s-sejħa mqanqla ta’ Papa Giov. Pawlu ll biex “…nipprattikaw il-karitàb’mod aktar intens.” (27/3/99) • Fl-impenn edukattiv tagħna, ma neħlux mal-bżonnijiet temporali, imma nimirħu ’l hinn lejn il-ħelsien sħiħ tal-bniedem. (SGA 1820)
Il-Kuntest Sa mill-bidu tal-missjoni tagħha, SGA fehmet li l-edukazzjoni hija waħda mill-għola espressjoniet ta’ l-imħabba vera. “Huwa biss dak li jħobb li jeduka, għax dak biss li jħobb jaf jgħid is-sewwa li hija l-imħabba”.Papa GP II (14/11/95)
Il-Kuntest “L-edukazzjoni hija mezz ewlieni li jġib’ilquddiemforma aktar profonda u armonjuża ta’ l-iżvilupp uman. Tgħin biex jonqsu il-faqar, l-esklużjoni, l-injoranza, l-oppressjoni u l-gwerer.” “Talent mistur huwa teżor midfun. L-ebda persuna m’għandha jkollha talent mhux imħaddem.” Jacques Delors: Nell’Educazione Un Tesoro (Armando, 1997)
Il-Kuntest L-4 kolonni ta’ l-edukazzjoni • Li nitgħallmu ngħixu flimkien • Li nitgħallmukif nitgħallmu • Li nitgħallmunagħmlu • Li nitgħallmunkunu “Kull edukatur għandu d-dmir li jsib rotot ġodda biex jitħarreġ sabiex joffri lil kull persuna, l-aktar jekk inhi vulnerabbli, imwarrba u bla ħarsien, il-possibilità biex titgħallem kif titgħallem.” Jacques Delors, 1997
Il-Kuntest Il-vokazzjoni tagħna hi dik ta’ edukaturi. Bl-eżempju ta’ l-inġenwità u l-kuraġġ ta’ SGA, għandna u rridu nqisu kull persuna ta’ kull età fdata lilna bħala “depożitu sagru u bħala talent mħolli f’idejna biex nagħtuh valur.” R. 1820, p265.
Il-proġett ta’ SGA- SGA edukattriċi • Li terġa’trawwem il-fidi u d-drawwiet tajba. • Żvilupp ta’ programm pedagoġiku uniku, fejn l-edukazzjoni hija l-aktar servizz nobbli li jista’ jingħata lill-fqir. • Il-ħraralejn Alla tissarraf f’messaġġ ta’ ħajja, relazzjoni li tmantni, enerġija li tagħti forma lill-persuna. • Issegwi l-eżempju ta’ Ġesùbilli tkun dejjem biswit dawk l-aktar dgħajfa u vulnerabbli waqt li ssarraf il-mogħrija f’ġentilezza kbira lejn kull persuna.
Ġesù Kristu…il-foqra Il-Vanġelu tal-karitàjista’ jsib postu fil-proġetti edukattivi-pastorali tagħna, jekk kemm-il darbajkun imsejjes fuq żewġ konvinzjonijiet bażiċi iżda fundamentali: • Ġesu’ Kristu, il-Mulej, is-Salvatur, huwa l-fus tal-ħajja tagħna ta’ edukaturi nsara. • Il-foqra, “prezzjużi, ħajja f’Ġesu’ Kristu qed isofri.Nieħdu ħsiebhom u nikkunslawhom fil-miżerji spiritwali u temporali tagħhom.” (DP, 1807 f’LD p.6)
Niġu għat-Twettiq... Nimmaturaw fil-fidi tagħna: nimxu dejjem fil-passi ta’ Ġesù. “Huwa Ġesù biss li dejjem segwejna kullimkien u lilU biss irridu dejjem inseqwu.” (LD, p.89) Il-kariżma hi frott ta’ l-iSpirtu, don għall-Knisja, u don li jsawwar ħajja. Il-kariżma li SGA irċeviet bħala don qasmitha u għadha taqsamha sallum. Għexet il-missjoni b’mod intensiv. Għixitha u wettqitha ma’ oħrajn. Qieset din l-esperjenza bħala forma ta’ edukazzjoni u formazzjoni privileġġata. Illum il-Knisja tistedinna nixtarru sew u b’mod miftuħ il-modi li bihom nistgħu ngħixu l-kariżma tagħna mal-lajċi. (VC n.54; 55 u 56) Irridu ngħaddu mill-fażi ta’ servizz ma’ l-oħrajn, għall-kariżma u missjoni mgħixa ma’ l-oħrajn, fl-abbundanza ta’ vokazzjonijiet differenti imma kumplimentari(ta’ konsagrazzjoni speċjali u lajkali).
Il-karitàhija r-ruħ ta’ l-edukazzjoni u prinċipju ta’ formazzjoni • Il-qalb hija s-sit ta’ l-edukazzjoni vera. Huwa biss meta tkellem qalb ta’ persuna li jirnexxilek teduka • SGA rebħet qlub il-kumpanji tagħha. Hija tirrikmandalna li “nirbħu il-qlub”u li “li nimlew qlubna bil-virtujiet” • SGA titlobna nuru “ħafna ħniena” lejn il-foqra kollha • Il-karità soprannaturali hija prinċipju ta’ formazzjoni u lingwaġġ tal-qalb li jinvolvi kemm l-edukatur kemm ukoll lil min qed jeduka ruħu.
Il-karitàhija r-ruħ ta’ l-edukazzjoni u prinċipju ta’ formazzjoni • Bi spirtu konkret, SGA taf sew fejn trid tasal. Għaldaqstant twassal il-messaġġ lill-uliedha b’mod qawwi fir-Regola: “Jekk qed tikkura l-ġisem, agħmel hekk biex tilħaq ir-ruħ; jekk qed tgħallem huwa biex teduka ħalli jsiru ulied Alla; jekk tassisti u tikkonforta kull miżerja umana, huwa wkoll biex twassl erwieħ għad-dawl tal-ħajja tal-veritàevanġelika.” • San Pawl jeżorta l-uliedu biex “jagħmlu s-sewwa fil-karità sabiex ikunu dejjem u kullimkienommijiet ta’ l-erwieħ, filwaqt li jitmantnu bil-ħajja divina tal-grazzja.” Madre Candida, 1965
Il-karitàhija r-ruħ ta’ l-edukazzjoni u prinċipju ta’ formazzjoni • “Il-karità tħaddan iż-żminijiet kollha, l-inħawi kollha, u l-persuni kollha mingħajr distinzjoni ta’ età, sess u kundizzjoni.” (R.1820 p.187) • L-għan ewlieni tal-karità huwa “is-salvazzjonita’ l-erwieħ.” (R.1820 p.189) • Skond SGA, l-evanġelizazzjoni hija l-għan aħħari tal-qadi u ta’ l-azzjoni edukattiva • “Meta tgħallem lill-foqra biex jgħarfu, iħobbu u jaqdu lill-Mulej tkun qed tieħu sehem f’dak li s-Salvatur tad-dinja ġie biex jagħmel għalina.” (R.1820 p.25)
Relazzjoni edukattiva tkunġenwina meta ... • ħierġa mill-qalb u taċċetta lil ħaddieħor b’mod profond • iseħħilha ssib il-pożittiv fl-ieħor • tixtieq l-ferħ lil ħaddieħor • tkun tali li l-ieħor jaf li l-edikatur hu alleat tiegħu • wieħed jafda fl-ieħor b’mod reċiproku • hemm tgawdija tal-ħbiberija • hemm l-ispazju għall-komunikazzjoni, djalogu u diskussjoni • hemm qsim ta’ esperjenza tal-ħajja • hu possibbli li jsiru proġetti flimkien • hemm ir-rieda interna għall-fehma u maħfra • hemm l-għarfien li wieħed għandu jagħti eżempju ħaj u kalm ta’ kif wieħed jista’ fil-fatt jikber, mudel ta’ ħajja fertili tbaqbaq, eżempju ta’ ħajja evanġelika
L-istil edukattiv • SGA għandha l-istil tagħha ta’ mara u fundattriċi. • Aħna s-sorijiet tal-karità writna dan l-istil ta’ karità edukattiva. • SGA tipproponilna lil Ġesù bħala l-Mudell tagħna ta’ Edukatur. • Bit-tjibija tiegħu, Ġesù jissaporti, jiddritta b’manjieri ħelwin, u jikkoreġi bis-sabar. Huwa Missier ta’ qalb ħanina. (R 1820 p. 373) • Ix-xogħol edukattiv kollu tagħna huwa “suġġett ekkleżjali,” post ta’ azzjoni pastorali speċifika u awtentika.
L-istil edukattiv • L-edukatur hu Medjatur li jakkumpanja biex iqarreb il-kultura. • L-edukatur hu Faċilitatur li jappoġġja, imexxi, u jħaffef il-proċess. • L-edukatur jagħti lura d-dinjità tal-persuna għax jagħraf il-kobor tal-fatt li aħna ulied Alla. • L-edukatur huwa Teżor li minnu l-foqra jridu jtuqu. • Li teduka huwa mod ta’ ħajja mhux slogan.
L-istil edukattiv Aħna msejjħa biex naqdu fil-qasam edukattiv bħala “qaddejja bla siwi.”
Sorijiet tal-Karità edukaturi • Nagħrfu li għandna “storja” warajna • Għandna lingwaġġ komuni siewi • Nipparteċipaw fil-Kariżma • Naqsmu il-“Missjoni”
Xi kompetenzi ta’ edukatur Tħobb Metodoloġika Tibni relazzjoni Tiddixxiplina Tippjana Tinnegozja Taf taħdem fi grupp Tikkomunika Għandek stima tiegħek innifsek Taħdem ma’ l-oħrajn f’kuntest wiesgħa Sors: Riċerka-azzjoni Ewropea fuq il-valutazzjoni tal-kwalitajiet professjonali ta’ l-għalliema fl-Italja, 2001-2003
Karatteristiċi ta’ edukatur • Tħejjija kulturali soda • Taħdem fi grupp • Tendenza qawwija għad-dover • Li tqassam il-ħin b’mod ibbilanċjat • Tagħsar is-sugu fi ftit kliem • Taddatta għat-teknoloġija ġdida • Taf tikkomunika sew • Taf tisma’ • Tagħder • Miftuħ għat-tagħlim kontinwu (tiġdid professjonali) • Imġieba etika Sors: Proġett pilota fl-Italja: Żmien l-għalliema fl-Ażjenda, 2002-2003
Il-Personalità ta’ Edukatur Attitudni pożittiva Moħħ miftuħ FlessibiltàKreattività Ħeġġa qawwija għall-qadi “Biex tkun ferħan f’xogħlok ma’ l-istudenti, anke jekk għalsigħat twal u taħt pressjoni, jeħtieġ li jkollok passjoni qawwija għall-qadi.” Stan Bromley, General Manager tal-Hotel Four Seasons, WashingtonDC
Għall-edukazzjoni tal-Futur – 7 punti • L-għama ta’ l-għarfien (li tkun taf l-għarfien; l-iżball u l-illużjoni) • Il-prinċipju ta’ għarfien ta’ dak kollu li għandu x’jaqsam (mal-kuntest kollu) • Li tgħallem il-kundizzjoni umana (l-għaqda u l-komplessita’ tal-bniedem uman) • Li tgħallem l-identità tal-ħajja ta’ din l-art (komunita’ waħda ta’ l-istess destin.) • Li tafffronta l-affarijiet li mhumiex ċerti (li titgħallem tgħum f’oċean ta’ inċertezzi billi tgħaddi minn “gżejjer” (mumenti ’l hawn u ’l hinn ta’ ċertezzi.) • Li tgħallem il-Fehma (kif tifhem lill-ħaddieħor; għan tal-komunikazzjoni umana) • L-etika tal-ġeneru uman (individwufis-soċjeta’ u fl-ispeċi)
7 Lezzjonijiet Kumplessi għall-Edukazzjoni tal-Futur – Edgar Morin, 1999 • Il-limitazzjoni ta’ l-għerf: x’inhu l-għerf uman? Jintlemħu l-iżbalji, l-illużjonijiet, u d-dgħufija • Prinċipji ta’ għerf pertinenti: tagħraf tpoġġi l-affarijiet fil-kuntest, fil-kumplessità u fl-għaqda tagħhom; • Il-kundizzjoni umana: tgħallem dwar in-natura ta’ l-għaqda u l-kumplessità; għerf ta’ dixxiplini partikolari ħolqu frammentazzjoni ta’ l-isħiħ; • Identità terrestra: ngħallmu l-istorja ta’ l-era terrestra; is-solidarjetà bejn partijiet differenti; • Il-ħila li taffronta l-inċertezzi: fil-Fiżika, fil-Bioloġija, flIstorja; • Il-Fehma bejn wieħed u ieħor: tgħallem kif wieħed għandu jifhem lill-ħaddieħor; tifhem mnejn ġejja n-nuqqas ta’ fehma; pedament għall-paċi • L-etika tal-ġeneru uman: tgħallem l-etika ta’ l-umanità biex jitħejjew iċ-ċittadini tad-dinja.
Tagħlim edukattiv jeħtieġlu jerġa’ jsir Missjoni Il-Missjoni li titrażmetti kultura KIF? • Li tkun tixtieq u tieħu gost tbejjet f’ħaddieħor l-imħabba għall-għarfien • Li tħobb lill-istudenti • Li jkollok fidi fil-kultura u fil-potenzjal kbir ta’ moħħ bniedem Edgar Morin:La testa ben fatta. Raffaello Cortina Editori, 2000
Tagħlim edukattiv jeħtieġlu jerġa’ jsir Missjoni L-għerf waħdu la jtejjibna u lanqas jhennina. Imma l-edukazzjoni tista’ tgħinna nittejbu, u jekk ma nkunux hienja, tgħallimna ngħixu l-parti poetika u naċċettaw il-parti prosajka ta’ ħajjitna. Edgar Morin:La testa ben fatta. Raffaello Cortina Editori, 2000
Teżisti qabża bejn ... Il-kompetenzi meħtieġa u dawk li fil-fatt jistgħu jinstabu
Nemmnu li l-bidla ... ... sseħħ permezz tal-komunikazzjoni
…sorijiet tal-karità… (cfr. R. 1820, p. 189).