330 likes | 689 Views
Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 2, 1-15a Semmietu Mosè għax salvatu mill-ilma.Mosè, meta kiber, mar ħdejn ħutu. F’dak iż-żmien, kien hemm raġel mit-tribu’ ta’ Levi, li ħa b’martu lil waħda min-nisel ta’ Levi. Il-mara tqalet u wildet iben; billi rat li kien tifel sabiħ, żammitu moħbi.
E N D
Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 2, 1-15a SemmietuMosè għax salvatu mill-ilma.Mosè, meta kiber, mar ħdejn ħutu.
F’dak iż-żmien, kien hemm raġel mit-tribu’ ta’ Levi, li ħa b’martu lil waħda min-nisel ta’ Levi. Il-mara tqalet u wildet iben; billi rat li kien tifel sabiħ, żammitu moħbi
għal tliet xhur.Meta ma setgħetx taħbih aktar, ħadet qoffa tal-papiru, dilkitha bil-qatran u ż-żift, qiegħdet it-tifel fiha, u qegħditha qalb is-simar f’xatt ix-xmara Nil.
Oħtu qagħdet ftit ’il bogħod biex tara x’se jiġrilu. Niżlet bint il-Fargħun biex tgħum fin-Nil, waqt li l-qaddejja tagħha kienu jitlajjaw fuq xatt ix-xmara.
Hi lemħet il-qoffa f’nofs is-simar, u bagħtet qaddejja ġġibielha. Malli fetħitha, rat it-tarbija; u t-tifel kien qiegħed jibki. Tħassritu u qalet; “Dan hu wieħed minn
ulied l-Għebrej.” U oħt it-tarbija qalet lil bint il-Fargħun: “Tridx immur insejjaħlek waħda mill-imreddgħa tal-Għebrej biex treddagħlek it-tarbija?”
U bint il-Fargħun wieġbet: “Mur!” U x-xbejba marret u sejħet lil omm it-tarbija. U qaltiha bint il-Fargħun: “Ħu ’l din it-tarbija u reddagħhieli, u jien
nħallsek kemm ikun ħaqqek” U l-mara ħadet it-tarbija u reddgħetha.
Meta t-tifel kiber, ħaditu għand bint il-Fargħun, li kienet tqisu tagħha, u semmietu Mosè, għax qalet; “Salvajtu mill-ilma!”
Darba waħda Mosè meta kiber, mar ħdejn ħutu u ra x-xogħol iebes tagħhom, u lemaħ lil wieħed Eġizzjan isawwat lil wieħed mill-Għebrej ħutu. Dar u ħares madwaru, ra li ma
kien hemm ħadd, qatel l-Eġizzjan, u difnu fir-ramel. L-għada raġa’ ħareġ u ra żewġ irġiel Għebrej jiġġieldu; u qal lill-ħati:
“Għala qiegħed taħbat għal sieħbek?” U dan wieġbu: “Min qiegħdek kap u mħalllef fuqna? Jaqaw trid toqtolni bħalma qtilt l-Eġizzjan?”
Mosè beża’ u qal: “Mela jafu b’din il-ħaġa.” Malli l-Fargħun sama’ b’din, fittex lil Mosè biex joqtlu; imma Mosè ħarab u mar fl-art ta’ Midjan.
Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali R:/ Agħmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla
Sibt ruħi mgħaddes f’ħama fond; ma hemmx fejn inserraħ riġlejja. Sibt ruħi f’ilma għoli; il-mewġ qed ikaxkarni.
Imma jien lilek nitlob, Mulej; meta jogħġbok, o Alla, weġibni, fil-kobor ta’tjubitek u skont il-wegħda tas-salvazzjoni tiegħek.
Imma jiena msejken u batut; terfagħni, o Alla, is-salvazzjoni tiegħek!
Infaħħar l-isem ta’ Alla bl-għana, Inkabbru b’għana ta’ radd il-ħajr.
Hekk jaraw l-imsejkna u jifirħu; U tagħmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla.
G]ax jisma’ l-fqajrin il-Mulej, ma jistmellx l-imjassrin tiegħu.
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Illum la twebbsuxqalbkom Iżdaisimgħuleħen il-Mulej. Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew Mt 11, 20-24 R:/ GlorjalilekMulej Jumil-ħaqq se jkuneħfefgħalTir u Sidon u għall- art ta’ Sodomamilligħalikom.
F’dak iż-żmien, Ġesù qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn!
Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies tal-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum
il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom. U int, Kafarnahum, taħseb li se titgħolla sas-sema? Sal-qiegħ nett għad tinxteħet! Għax kieku l-mirakli li saru fik saru
f’Sodoma, kieku għadha wieqfa sal-lum. Imma ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għall- art ta’ Sodoma milli għalik!”
Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu