80 likes | 368 Views
Lura lejn l-iskola. Il-Vokabularju. Helow tfal! Jiena jisimni Simon. Tridu tiġu miegħi l-iskola? Stennewni ftit ħalli nixrob il-ħalib u nilbes l-uniformi.
E N D
Lura lejn l-iskola Il-Vokabularju Ms Josepha
Helow tfal! Jiena jisimni Simon. Tridu tiġu miegħi l-iskola? Stennewni ftit ħalli nixrob il-ħalib u nilbes l-uniformi. Ms Josepha
Kull filgħodu nqum kmieni għall-iskola. Malajr nieħu l-kollazjon, nilbes l-uniformi u mmur nistenna l-vann fil-kantuniera mal-mamà. Ms Josepha
Fi ftit ħin naslu l-iskola. Jien nitla’ fil-klassi waħdi, inpoġġi l-basket f’postu, noħroġ il-pitazzi mill-basket u nitfagħhom fil-kaxxa. Imbagħad noqgħod nitkellem ma’ sħabi sakemm iddoqq il-qanpiena għat-talba. Ms Josepha
Wara li ngħidu t-talba, aħna mmorru fil-klassi mal-għalliema tagħna. L-għalliema tieħu r-rassenja u wara tqassmilna l-kotba u l-pitazzi biex naħdmu fuqhom waqt il-lezzjoni. Ms Josepha
Jien noqgħod attent waqt il-lezzjonijiet. L-għalliema tal-Matematika ġieli tagħmlilna xi logħob fuq il-kompjuter. L-għalliema tal-Malti u tal-Ingliż tagħtina ħafna kotba sbieħ. Ms Josepha
Fil-brejk wara li niekol il-ħobż kollu, jien ninżel fil-grawnd nilgħab mal-ħbieb. Jien nieħu gost l-iskola. Kif tħossukom li erġajtu bdejtu l-iskola? Ms Josepha
is-27 ta’ Settembru, 2013 Dettatura: X’nagħmel l-iskola? nilbes l-uniformi nistenna l-vann naħdemfuqil-pitazz nitkellem ma' sħabi noqgħodattent niekolil-ħobż nilgħab mal-ħbieb Ms Josepha