90 likes | 408 Views
Lura lejn l-iskola. Il-Vokabularju. Helow Tfal! Jiena jisimni Karim. Tridu tiġu miegħi l-iskola? Stennewni ftit ħalli nixrob il-ħalib u nilbes l-uniformi.
E N D
Lura lejn l-iskola Il-Vokabularju Ms Josepha
Helow Tfal! Jiena jisimni Karim. Tridu tiġu miegħi l-iskola? Stennewni ftit ħalli nixrob il-ħalib u nilbes l-uniformi. Ms Josepha
Kull filgħodu qed inqum kmieni għall-iskola. Malajr nieħu l-kollazjon, nilbes l-uniformi u mmur nistenna l-vann fil-kantuniera mal-mamà. Ms Josepha
Fi ftit ħin naslu l-iskola. Jien nitla’ fil-klassi waħdi, nirranġa l-basket f’postu, noħroġ il-ħomwerk u nitfgħu fil-kaxxa. Imbagħad noqgħod nitkellem ma’ sħabi sakemm iddoqq il-qanpiena għat-talba. Ms Josepha
Wara li ngħidu t-talba, aħna l-istudenti immorru fil-klassi mal-għalliema tagħna. L-għalliema tieħu r-rassenja u wara tqassmilna l-kotbau l-pitazzi biex naħdmu fuqhom waqt il-lezzjoni. Ms Josepha
Kemm nieħu gost waqt il-lezzjonijiet. L-għalliema tal-Matematika ġieli tagħmlilna xi logħob fuq il-kompjuter. L-għalliema tal-Malti ġieli turina xi powerpoint interessanti. L-għalliema tal-Ingliż tagħtina ħafna kotba sbieħ. Ms Josepha
Fil-brejk wara li niekol il-ħobż kollu, jien ninżel nilgħab futbol fil-grawnd ma’ sħabi jew inkella nilagħbu xi logħba li tippreparalna l-għalliema tal-isports. Jien nieħu gost l-iskola. Kif tħossukom li erġajtu bdejtu l-iskola? Ms Josepha
il-kollazjon l-uniformi il-vann tal-iskola il-ħomwerk il-qanpiena l-istudenti ir-rassenja il-kotba il-pitazzi il-klassi il-brejk il-grawnd Ms Josepha