110 likes | 550 Views
Santwarju Madonna tar-Ruzarju ta’ Fatima Gwardamanġa/Pieta’. Din hija wirja bil-fjuri u s-simboli maħduma minn-Reuben Mifsud, li żejjnet il-ħitan tas- Santwarju Parrokkjali tal-Madonna ta’ Fatima fit-8 ta’ Diċembru 2004 fl-okkażjoni tal-50 sena mill-ftuħ.
E N D
Santwarju Madonna tar-Ruzarju ta’ FatimaGwardamanġa/Pieta’ Din hija wirja bil-fjuri u s-simboli maħduma minn-Reuben Mifsud, li żejjnet il-ħitan tas- Santwarju Parrokkjali tal-Madonna ta’ Fatima fit-8 ta’ Diċembru 2004 fl-okkażjoni tal-50 sena mill-ftuħ. Jidhru 8 ġrajjiet ewlenin fl-istorja tas-Santwarju.
5 ta’ Ottubru 1944Jaslu l-Patrijiet Dumnikani fi Gwardamanġa(Għalhekk l-użu tal-fjuri ħomor u sofor li huma l-kuluri tal-Provinċja San Piju V u ta’ Spanja – fejn twieled San Duminku. Jidhru wkoll il-libsa bajda w sewda Dumnikana, is-salib Dumnikan u l-kuruna tar-Rużarju)
8 ta’ Settembru 1953Tbierket l-art fejn kellu jinbena s-Santwarju(Għalhekk l-użu ta’ fjuri kannella simbolu ta’ art li tidher mingħajr ħajja imma li minnha ħareġ fjuri ifuħ – is-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima)
28 ta’ Marzu 1954Tqiegħdet l-ewwel ġebla tas-Santwarju (Għalhekk il-fjuri ‘cream’ - kulur il-ġebla Maltija li tispikka fis-Santwarju)
8 ta’ Diċembru 1954Tqaddset l-ewwel quddiesa fis-Santwarju(Tidher il-pjaneta Rumana simbolu tal-quddiesa. Il-fjuri bojod huma simbolu tal-kulur liturġiku ta’ dik il-ġurnata – festa Marjana)
1 ta’ Mejju 1956Waslet it-titular mill-Portugall(Tidher replika tat-titular li wkoll waslet minn Fatima. Tradizzjonalment it-titular u l-vara tal-purċissjoni jiżżejjnu bi fjuri roża)
1 ta’ Frar 1968Is-Santwarju jsir Santwarju Parrokkjali(Jidhru simboli tal-Magħmudija u l-Griżma ta’ l-Isqof li issa setgħu jiġu amministrati fil-Parroċċa. Il-kulur tal-fjuri huma wkoll ħomor u bojod minħabba dawn iż-żewġ Sagramenti)
29 ta’ Mejju 1978Konsagrazzjoni tas-Santwarju(Jidhru rħama simbolu tal-artal li ndilek biż-żejt u terħa)
2004Inħarsu ‘l quddiem u ngħixu mumenti ta’ ferħ u niket(Għalhekk l-użu tal-fjuri skond il-kuluri liturġiċi abjad – ferħ u vjola – niket)