1 / 14

L-I Ż VILLUPP TA’ MALTA B Ħ ALA NAZZJONI

L-I Ż VILLUPP TA’ MALTA B Ħ ALA NAZZJONI. L-EWWEL PARTI 1800 – 1849 Minn Franck Testa. L-INGLI Ż I JID Ħ LU MALTA. L-Ingli ż i ġ ew Malta fl-1800. Ġ ew biex jg ħ inu lill-Maltin ike ċċ u lill-Fran ċ i ż i. Sir Alexander ball L-ewwel mexxej ingli ż tal-maltin.

nasia
Download Presentation

L-I Ż VILLUPP TA’ MALTA B Ħ ALA NAZZJONI

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. L-IŻVILLUPP TA’ MALTA BĦALA NAZZJONI L-EWWEL PARTI1800 – 1849 Minn Franck Testa

  2. L-INGLIŻI JIDĦLU MALTA L-Ingliżi ġew Malta fl-1800. Ġew biex jgħinu lill-Maltin ikeċċu lill-Franċiżi.

  3. Sir Alexander ball L-ewwel mexxej ingliż tal-maltin Ball kien maħbub ħafna mill-Maltin u wara mewtu għamlulu monumenti li jinsab fil-Barrakka t’Isfel

  4. IL-PAĊI TA’ AMIENS Fl-1802 fil-belt ta’ Amiens fi Franza l-Ingliżi u l-Franċiżi ffirmaw trattat ta’ paċi. Skond il-ftehin ta’ dan it-trattat Malta kellha terġa’ taqa’ taħt il-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann.

  5. L-INGLIżI JżOMMU LIL MALTA L-Ingliżi ma żammewx il-ftehim ta’ Amiens għaliex lil Malta ħaduha taħt idejhom.

  6. GĦALIEX L-INGLIżI BAQGĦU MALTA? Bil-qagħda ċentrali tagħha fil-Mediterran, Malta kienet ideali biex l-Ingliżi jħarsu l-interessi kummerċjali u militari tagħhom fl-Ewropa t’isfel u fl-Afrika. Pajjiżna għandu portijiet naturali fejn bastimenti Ngliżi setgħu jsibu kenn u jħottu l-merkanzija tagħhom.

  7. RAĠUNIJIET OĦRA LI ĠIEGĦLU LilL-INGLIZI JIBQGHU MALTA Malta kellha waħda mill-ikbar tarzni fil-Mediterran u l-ikbar sptar tal-kwarantina.

  8. IL-MEXXEJJA TAL-MALTIN U L-INGLIżI Il-mexxejja tal-Maltin ma ħadux gost bil-ftehim ta’ Amiens. Huma bagħtu petizzjoni lir-Re ta’ l-Ingilterra msejħa D-DRITTIJIET TAL-POPLU MALTA F’din il-petizzjoni huma talbu: {A} li l-Maltin ikollhom sehem dirett fit-tmexxija ta’ Malta {B} Li Malta tibqa’ taħt il-protezzjoni ta’ l-Ingliżi

  9. 1813 MALTA SSIR KOLONJA INGLIZA Fl-1813 il-Gvern Ingliż bagħat Kummissjoni Rjali biex tistħarreġ il-qagħda ta’ Malta u t-talbiet tal-Maltin Il-Kommissjoni rrapputat: {A} li l-Maltin qatt ma kienu jmexxu lilhom infushom. {B} Li Malta kellha ssir kolonja ta’ l-Ingilterra

  10. SIR THOMAS MAITLAND L-EWWEL GVERNATUR Fis-sena 1813 Malta saret uffiċċjalment kolonja Ngliża. F’dik l-istess sena wasal l-ewwel Gvernatur: Sir Thomas Maitland. Meta wasal f’Malta kien hawn il-pesta. Hu ħa s-sitwazzjoni taħt idejh u l-pesta malajr għaddiet. Maitland ma ħalliex il-Maltin jindaħlulu u kien kważi dittatur. Il-Maltin laqqmuh KING TOM

  11. TILWIM MA’ L-INGILTERRA Il-mexxejja tal-Maltin ma kinux kuntenti b’din is-sitwazzjoni. Fl-1830 Camillo Sciberras u George Mitrovich iffurmaw IL-COMITATO GENERALE MALTESE. Dan talab lill- Gvern Ingliż jagħti sehem lill-Maltin fit-tmexxija ta’ Malta. George Mitrovic mar Londra u ħa żewġ ittri lill-Gvern Ingliż. Waħda minn dawn l-ittri kienet imsejħa THE CLAIMS OF THE MALTESE PEOPLE.

  12. IL-KOSTITUZZJONI TA’ 1835 • Fl-1835 il-Gvern Ingliż iddeċieda li jagħti kostituzzjoni lil Malta. Il-punti ewlenin tagħha kienu: • Jiġi ffurmat Kunsill ta’ Gvern magħmul mill-Gvernatur, erba’ uffiċċjali iffurmati minnu u żewġ rappreżentanti min-negozjanti Maltin u żewġ rappreżentanti min-negozjanti Ingliżi. • Il-poter ta’ dan il-Kunsill tal-Gvern wieħed konsultattiv, jiġifieri li jagħti biss pariri lill-Gvernatur. • Il-poter ta’ tmexxija kien f’idejn il-Gvernatur.

  13. IL-MALTIN MHUX KUNTENTI • George Mitrovich reġa’ mar Londra biex jippreżenta petizzjoni Maltija iffirmata minn aktar minn 2000 ruħ. • Il-Maltin ilmentaw li: • Fil-Gvern ma kienx hemm rappreżentanti Maltin. • F’Malta ma kienx hawn liberta` ta’ l-istampa. • Maltin ma tħallewx jieħdu karigi għolja fis-servizz Ċivili. • L-edukazzjoni kienet f’qagħda ħażina. • Kien hemm konfużjoni fil-liġijiet. • Bis-saħħa ta’ William Ewart u Daniel O’Connell l-ilmenti tal-Maltin tqajmu fil-House of Commons fil-Parlament Ingliż.

  14. IL-KOSTITUZZJONI TA’ L-1849 Il-Maltin baqgħu jinsistu li riedu sehem fit-tmexxija ta’ Malta u l-Ingliżi baqgħu iżommu iebes. Fl-1846 laħaq Ministru tal-Kolonji Earl Grey u rċieva rapport li f’Malta setgħet tqum rewwixta. Biex jikkalma l-affarijiet ħatar għall-ewwel darba Gvernatur Kattoliku Richard Moore O’Farrell. Dan fehem it-talbiet tal-Maltin u bis-saħħa tiegħu Malta ingħatat Kostituzzjoni ġdida. L-aktar punt importanti ta’ din il-kostituzzjoni kien li fil-Kunsill tal-Gvern kien se jkun hemm 18-il membru. 8 minn dawn il-membri kienu se jiġu eletti f’Elezzjoni Ġenerali. Dan il-Kunsill ta’ Gvern ma kellu ebda poter B’riħet din il-Kostituzzjoni f’Awissu ta’ l-1849 saret l-ewwel Elezzjoni f’Malta F’din l-Elezzjoni kellhom dritt jivvutaw 3.5% tal-poplu Malti

More Related