140 likes | 538 Views
Alla Hu d-dawl Hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi (x2). Ħa nidħlu bil-ferħ ħdejn Alla l-Missier Li lilna jsejħilna wlied. Ha nidħlu bil-ferħ ma' Kristu Ġesù Għax b'dawlu jiksina Hu ried. Hu l-ferħ ta' qlubna! Hu l-ferħ ta' ruħna U dawlu jfawwarna bil-hena. Alla Hu d-dawl
E N D
Alla Hu d-dawl • Hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi (x2)
Ħa nidħlu bil-ferħ ħdejn Alla l-Missier • Li lilna jsejħilna wlied
Ha nidħlu bil-ferħ ma' Kristu Ġesù • Għax b'dawlu jiksina Hu ried
Hu l-ferħ ta' qlubna! • Hu l-ferħ ta' ruħna • U dawlu jfawwarna bil-hena
Alla Hu d-dawl • Hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi (x2)
Ħa nidħlu bil-ferħ biex nagħrfu mill-ġdid • Imħabbtu għalina • l-bnedmin
Ħa nidħlu bil-ferħ ma' Kristu Ġesù • Marbuta ma' qalbu henjin
Hu r-Re tal-Glorja! • Hu r-Re tal-Qawwa • Li jgħammar ġo dija li tgħammex
Alla Hu d-dawl • Hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi (x2)
Ha nidħlu bil-ferħ għax konna msejħin • Biex ninżgħu għemejjel • id-dlam
Ħa nidħlu bil-ferħ • nifirħu b‘Ġesù • Għax rebaħ lil mewtu u qam
Hu d-dawl tad-Dinja! • Hu d-dawl • tal-Bniedem • Li jinfed id-dalma tal-ħażen
Alla Hu d-dawl • Hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi (x2)