80 likes | 369 Views
Ħarġa ma’ tal-iskola. Il-Ħamis 17 ta’ Novembru morna ħarġa ma ’ tal-iskola . It-temp kien imsaħħab u meta wasalt fejn l-iskola bdiet tqattar ix-xita . F il-klassi kont eċitat ħafna.
E N D
Il-Ħamis 17 ta’ Novembru morna ħarġa ma’ tal-iskola. It-temp kien imsaħħab u meta wasalt fejn l-iskola bdiet tqattar ix-xita. Fil-klassi kont eċitatħafna.
Morna fuq il-kowċ li kienet żgħira u bdejna ngħaddu minnfejn il-baħar kalm u rajna ħafna ġebel.Meta wasalna f’Kennedy Grove żewġ persuni laqgħuna.L-ewwel ħaġa li rajt kienu x-xadini żgħar veru popolari fl-Afrika.
Bdew jgħidulna fuq il-ħmar il-kbir li kien hemm u mellist ras il-barbaġan isfar bħax -xemx u abjad daqs is-silġ. Imxejna passaġġ twil ħafna u rajna għasfur kbir u perikoluż għax jekk jagħtik daqqa fuq għonqok tmut.
Morna ġo ġonna mimlija ward u wasalna fejn “il-flamingos” u bdejna nitimgħuhom u f’daqqa waħda kien hemm “flamingo” li gidmet sieq “flamingo” oħra għax ħasbitha ikel. Fl-aħħar kien hemm mara żżomm serp u jien kelli aptit niġri lura d-dar daqs kemm bżajt. Għamilt il-kuraġġ u ġrejt minn wara s-serp u mort fejn l-għalliema.
Tgħidx kemm ħadt pjaċir matul din il-ħarġa u xi darba nixtieq immur mal- familja għax ċert lijieħdu pjaċir. Din kienet l-isbaħ ħarġa li qatt mort. By Luke Caruana