60 likes | 350 Views
Il-Ħolma tal-Aljen Stramb. Kitba ta ’ Lara Laudi. Il-Ħolma tal-Aljen Stramb.
E N D
Il-Ħolma tal-Aljen Stramb Kitba ta’Lara Laudi
Il-Ħolma tal-Aljen Stramb Kien il-Ħadd, ftit ġimgħat ilu, meta kont qed naqra ktieb oħxon. Kelli ħafna nagħas u qbadt u rqadt fis-sodda komda u sħuna tiegħi. Meta kont rieqda fil-fond smajt l-affarijiet jaqgħu minn fuq il-komodina u l-art bdiet tirtogħod. Ftaħt għajnejja u rajt dawl li jgħammex l-għajnejn. Qomt mis-sodda u nżilt it-taraġ,qalbi tħabbat sitta sitta.
Il-Ħolma tal-Aljen Stramb Ħadt qatgħa tal-qaddisin meta rajt quddiemi vettura spazjali u ħiereġ minnha lmaħt aljen jinten seba’ pesti u mill-koroh nett. Kellu rasu kbira b’ħafna tikek suwed faħma. Kont tistħajlu lejopard. Għajn waħda biss kellu u kienet kbira, tonda u ħamra nar. Widnejh kienu bħal dawk tal-friefet, ħalqu kien isfar u l-ġilda mkemmxa tiegħu kienet ħadra bħall-ħaxix tar-Rebbiegħa.
Il-Ħolma tal-Aljen Stramb Idejn kellu tlieta twal ħafna. Saqajn kellu erbgħa,qosra bħal tal-kukkudrill. Kellu sidrija kannella u xorts isfar lellux. Mort inħarislu fil-vettura spazjali u hemm kellu ħafna kotba. Ma stajtx nara x’kien hemm miktub għax ma nifhimx bil-lingwa tal-aljeni. Il-vettura spazjali tiegħu kienet kaħla nir bħas-sema. Biex issuqha kellek tagħfas mijiet ta’ buttuni.
Il-Ħolma tal-Aljen Stramb Ippruvajt inkellmu imma ma stajtx. Lanqas beda jifhimni. Jien għatast u l-aljen qabad u tela’ fuq il-vettura spazjali tiegħu u tar b’velocita’ qawwija lejn id-dinja tiegħu. Jien bqajt b’ħalqi miftuh. X’qatgħa ħadt meta smajt l-iżverjalin idoqq għall-iskola! Kienet biss ħolma stramba u xejn aktar.