1 / 26

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 6, 1-10

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 6, 1-10. Inqisu ru ħ na b ħ ala ministri ta’ Alla. Ħuti, ladarba qegħdin naħdmu flimkien ma’ Alla, aħna mela nħeġġukom biex ma tirċevux il-grazzja tiegħu għal xejn. Għax hu jgħid:. “ Fiż-żmien it-tajjeb smajtek, f’jum

bunny
Download Presentation

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 6, 1-10

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 6, 1-10 Inqisu ruħna bħala ministri ta’ Alla

  2. Ħuti, ladarba qegħdin naħdmu flimkien ma’ Alla, aħna mela nħeġġukom biex ma tirċevux il-grazzja tiegħu għal xejn. Għax hu jgħid:

  3. “Fiż-żmien it-tajjeb smajtek, f’jum is-salvazzjoni għentek.” Araw, issa hu ż-żmien it-tajjeb; araw, issa hu jum is-salvazzjoni!

  4. Aħna xejn ma nagħmlu li jista’ jkun ta’ tfixkil lil xi ħadd, biex il-ministeru tagħna ma jaqax fl-għajb. F’kollox inqisu ruħna bħala ministri ta’ Alla,bis-sabar kollu fit-tiġirb,

  5. fit-tbatija, fid-diqa,fis-swat, fil-ħabsijiet, fit-tixwix, fit-taħbit, fis-sahriet bla rqad, fis-sawm; bis-safa tal-qalb, bl-għerf, bis-sabar, bil-ħlewwa, bi

  6. spirtu qaddis bl-imħabba sinċiera, bil-kelma tas-sewwa, bil-qawwa ta’ Alla, bl-armi tal-ġustizzja fuq il-lemin u fuq ix-xellug, fil-ġieħ u fl-għajb, kemm jekk jgħidu

  7. l-ħażin u kemm jekk jgħidu t-tajjeb fuqna; iżommuna bħala nies qarrieqa, lilna li ngħidu s-sewwa; bħala nies li ma jafhom ħadd, għad li kulħadd jafna; bħala nies

  8. f’xifer il-mewt, għad li aħna ħajjin; bħala nies ikkastigati, għad li m’aħniex mogħtijin għall-mewt; bħala nies imdejqa, għad li dejjem ferħana; bħala nies foqra,

  9. għad li nagħmlu għonja lil ħafna bħala nies li magħandhom xejn, għad li kollox huwa tagħna!

  10. Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla

  11. Salm Responsorjali R/.Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu

  12. Għannu lill-Mulej għanja ġdida, għax għamel ħwejjeġ tal-għaġeb.

  13. Ġibitlu r-rebħa l-leminija tiegħu, U d-driegħ imqaddes tiegħu

  14. R/.Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu

  15. Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu, f’għajnnejn il-ġnus wera l-ġustizzja tiegħu. Ftakar fit-tieba u l-fedelta’ tiegħu mal-poplu ta Iżrael.

  16. R/.Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu

  17. L-art kollha, minn tarf għall-ieħor, rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna.

  18. Għajtu bil-ferħ lill-Mulej fl-art kollha, Infexxu fil-hena, ifirħu u għannu!

  19. R/.Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu

  20. Halleluljah. Hallelujah Fanal għal riġlejja l-kelma tiegħek, udawl fil-mogħdija tiegħi. Halleluljah, Hallelujah

  21. Qari mill-Evanġelju skont San Mattew Mt 5, 38-42 R:/ GlorjalilekMulej Jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux.

  22. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: <Għajn b’għajn u sinnab’sinna>. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux;

  23. anżi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mqantar.

  24. U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu tnejn.Agħti lil min jitolbok u ddawwarx spallejk lil minikun irid jissellef mingħandek”

  25. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  26. ĦSIEB

More Related