1 / 9

Ħarġa ma’ tal-iskola

Ħarġa ma’ tal-iskola. Gabriel Vella Klassi 5 Miguel.

desma
Download Presentation

Ħarġa ma’ tal-iskola

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Ħarġa ma’ tal-iskola Gabriel Vella Klassi 5 Miguel

  2. Il- Ħamis 17 ta’ Novembru ,2011 l-iskola tagħna ddeċidew biex immorru ħarġa, il-Qawra fil- Park Kennedy Grove tal-Għasafar. X’ħin l-għalliema qaltilna li sejrin Kennedy Grove jien diġa’ kont eċitat u ferħan għax din kienet l-ewwel darba li sejjer nara l-għasafar u annimali oħrajn.

  3. Malli ġiet il- kowċ kelli aptit intir bil- ferħ. X’ħin dħalt u qgħadt bilqiegħda bdejt naħseb kif ħa jkun u x’annimali ħa jkun hemm. Flaħħar wasalna!!

  4. Xħin inżilna kien hemm riħa ta’annimali, imma xorta kont qed nieħu gost. Jiena rajt il-grada u smajt ħoss ta’ pappagal jgħajjat daqs ħorn tal-vapur. Xħin morna quddiem il-grada kien hemm mara u raġel .Dawn fetħu il-graga biex jilqgħuna u rajt ħafna annimali jimxu u imgerfxin mal-art u ħafna annimali kkuluriti u sbieħ.

  5. In-nies laqgħuna tajjeb u qalulna x’jisimhom, Marija u Ġorġ. Marija kellha pappagal żgħir f’idejha li ma kienx għadu jaf jitkellem. Marija bdiet tgħidilna dwar l-annimali li hemm ġol-post. Kien hemm qattus oranġjo u taf kemm kien ħelu! Jien bdejt imellsu.

  6. Rajt ħafna għasafar u ċriev. Kien hemm ħmar, naqra kbir imma xorta missejtu. Sakemm konna qed nimxu qalb il-ġmiel tan-natura, wasalna fejn hemm ħafna papri, flamingi u pellikani. Xi ġmiel! Qawsalla ta’ kuluri!

  7. Jien kont qed nitkellem mal-ħabib tiegħi u x’ħin dort rajt ċikonja quddiem wiċċi u ġismi qamm xewk xewk. Marija qaltilna li jekk iċ-ċikonja ttik daqqa f’għonqok tmut mill-ewwel. Marija u Ġorg jafu ħafna dwar l-għasafar u l-annimali.

  8. Marija u Ġorġ ġabu bot mimli ikel tal-papri. Jiena qbadt ponn u waddabtu kollu lejn il- papri għax dawk huma l-annimali l-favoriti tiegħi. Kien hemm papra kannella sabiħa ħafna li mxiet warajja biex nibqa’ ntiha l-ikel.

  9. Malajr kien sar il-ħin biex nitilqu u jien għamilt id-dwejjaq għax kont veru qed nieħu gost u kelli abtit nibqa hemmhekk. Din kienet l-isbaħ ħarġa li qatt ħriġt ma’ tal-iskola. Żgur ħa nibqa niftakar din il-ħarġa.

More Related