210 likes | 408 Views
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Fejn jinsab il-KESE?. II-KUMMISSJONI EWROPEA. Il-pożizzjoni istituzzjonali tal-KESE. Min huma l-membri tal-KESE?. Trattat ta’ Ruma ta’ l-1957 Rappreżentanti ta’ l-oqsma differenti tal-ħajja ekonomika u soċjali Trattat ta’ Nizza ta’ l-2000
E N D
II-KUMMISSJONI EWROPEA Il-pożizzjoni istituzzjonali tal-KESE
Min huma l-membri tal-KESE? • Trattat ta’ Ruma ta’ l-1957 • Rappreżentanti ta’ l-oqsma differenti tal-ħajja ekonomika u soċjali • Trattat ta’ Nizza ta’ l-2000 • Rappreżentanti tad-diversi oqsma ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà ċivili organizzata • Trattat ta’ Lisbona tal-2009 • Rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, ta’ impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, speċjalment fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali
Kif inhu ffurmat il-KESE? • Huwa assemblea ta’ 344 membru mis-27 Stat Membru ta’ l-UE; • Il-membri għandhom mandat ta’ ħames snin li jista’ jiġġedded; • Jinħatru mill-Kunsill tal-Ministri minn listi mħejjija mill-gvernijiet nazzjonali.
Assemblea mqassma fi tliet GRUPPI • Grupp I – Min iħaddem • Setturi pubbliċi u privati ta’ l-industrija, il-kummerċ, il-finanzi, eċċ. (intrapriżi kbar) • Grupp II – Ħaddiema • Konfederazzjonijiet tat-trade unions nazzjonali • Grupp III – Interessi varji • Bdiewa, konsumaturi, l-ekonomija soċjali, artiġjani u SMEs, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) soċjali u ambjentali, il-professjonijiet…
Korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-KESE • Il-Presidenza • Tinħatar għal mandat ta’ sentejn u nofs • Il-Bureau • Jinħatar għal mandat ta’ sentejn u nofs • L-Assemblea Plenarja • Tinħatar għal mandat ta’ ħames snin
Il-korpi ta’ ħidma tal-KESE • Sitt sezzjonijiet speċjalizzati… • Suq uniku, Produzzjoni u Konsum – INT • Trasport, Enerġija, Infrastruttura u s-Soċjetà ta’l-Informazzjoni – TEN • Agrikoltura, Żvilupp Rurali u Ambjent – NAT • Unjoni Ekonomika u Monetarja, Koeżjoni Ekonomika u Soċjali – ECO • Xogħol, Affarijiet Soċjali u Ċittadinanza – SOC • Relazzjonijiet Esterni – REX
Il-korpi ta’ ħidma tal-KESE • …u ħames korpi oħra • Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali – CCMI • L-Osservatorju tas-Suq Uniku – SMO • L-Osservatorju għall-Iżvilupp Sostenibbli – SDO • L-Osservatorju tas-Suq tax-Xogħol – LMO • L-Osservatorju tal-Istrateġija ta’ Liżbona – LSO • Il-membri u l-gruppi ta’ ħidma differenti huma assistiti mis-segretarjat ġenerali.
L-attivitajiet tal-KESE • Ir-rwol tal-Kumitat huwa li jħejji l-opinjonijiet • (madwar 150 fis-sena) • Trattat ta’ Ruma ta’ l-1957 • Il-Kumitat jista’ jiġi kkonsultat mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni Ewropea • Trattat ta’ Amsterdam ta’ l-1997 • Il-Kumitat jista’ jiġi kkonsultat mill-Kunsill, mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-Parlament Ewropew • Konsultazzjoni obbligatorja jew fakoltattiva
L-attivitajiet tal-KESE • Barra minn hekk il-KESE • għandu d-dritt ta’ l-inizjattiva • jista’ jħejji opinjonijiet esploratorji • jassumi r-rwol ta’ faċilitatur u promotur tad-djalogu ċivili
Metodi ta’ ħidma • Sabiex iħejju l-opinjonijiet, is-sezzjonijiet speċjalizzati ħafna drabi jiffurmaw “gruppi ta’ studju” li jkollhom rapporteur • Tfittxija kontinwa għall-“kompromess dinamiku” • Dibattitu kostruttiv ibbażat fuq l-għarfien speċjalizzat • Jittieħed vot fis-Sezzjoni, u wara fis-Sessjoni Plenarja
Ritmu tax-xogħol • 9 Sessjonijiet Plenarji kull sena • Kull waħda mis-sitt sezzjonijiet ġeneralment tiltaqa’ darba fix-xahar • Kull grupp ta’ studju jiltaqa’ minn darba sa tliet darbiet
Il-Kumitat, faċilitatur tad-djalogu ċivili • Kuntatti u kooperazzjoni regolari man-netwerks tal-Kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali u ma’ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili • fil-livell ta’ l-Unjoni Ewropea • fl-Istati Membri u fil-pajjiżi l-oħra Ewropej • fil-pajjiżi ta’ l-isħubija Ewromed • fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) • fl-Istati tal-Mercosur u fil-pajjiżi l-oħra ta’ l- Amerika Latina • fl-Indja, fiċ-Ċina, eċċ.
L-isfidi tal-futur… • li jitjieb ir-rwol tal-Kumitat bħala korp konsultattiv għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill u għall-Kummisjoni Ewropea billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni magħhom • li titjieb ir-rappreżentanza u l-kredibilità tal-KESE bħala l-istituzzjoni li tirrappreżenta s-soċjetà ċivili • li tissaħħaħ il-preżenza tal-KESE fid-dibattitu dwar il-futur ta’ l-Ewropa.
Il-KESE: x’joffri iżjed • ġabra kbira ta’ għarfien espert • it-tfittxija ta’ konsensus (“kompromess dinamiku”) • ir-rwol tiegħu ta’ pont ta’ komunikazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet Ewropej • impatt reali fuq il-proċess leġislattiv ta’ l-Unjoni Ewropea
ir-rwol konsultattiv u d-djalogu ma’ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili … …jagħmlu lill-KESE wieħed mill-protagonisti u promoturi l-aktar attivi tad-… • …DEMOKRAZIJA PARTEĊIPATTIVA
Irini Pari Greċja Grupp ta’ Min Iħaddem (I) Seppo Kallio Finlandja Grupp ta’ Interessi Varji (III) Mario Sepi Italja Grupp tal-Ħaddiema (II) Il-Viċi Presidenti Il-President
Henri Malosse Franza Grupp ta’ Min Iħaddem (I) Georgios Dassis Greċja Grupp tal-Ħaddiema (II) Staffan Nilsson Sweden Grupp ta’ Interessi Varji (III) Il-presidenti tal-gruppi
Filip Hamro-Drotz REX (Finlandja) Krzysztof Pater ECO (Polonja) Leila Kurki SOC (Finlandja) Hans-Joachim Wilms NAT (Ġermanja) Bryan Cassidy INT (Ir-Renju Unit) János Tóth TEN (l-Ungarija) Il-presidenti tas-Sezzjoni
99, rue Belliard, 1040 Brussell www.eesc.europa.eu tel.: +32 2 546 90 11 faks: +32 2 513 48 93