190 likes | 375 Views
Kelma tal-Ħajja. M ejju 2012. « Nar ġejt inqiegħed fuq l-art ; U kemm nixtieq li diġ à qabad !» (L q 12,49).
E N D
Kelma tal-Ħajja Mejju 2012
«Nar ġejt inqiegħed fuq l-art; U kemm nixtieq li diġà qabad!» (Lq 12,49).
Fit-Testment il-Qadim in-nar huwa xbieha tal-Kelma t’Alla kif imħabbra mill-profeti. Imma anki l-ġustizzja t’Alla hi mxebbha man-nar, il-ġustizzja li biha Alla kien jgħaddi minn ġo nofs il-poplu tiegħu biex isaffih.
L-istess il-Kelma ta’ Ġesù. Din hi kelma li tibni, imma fl-istess waqt teqred dak kollu li hu fieragħ, dak li jrid jintemm, dak li hu frugħa. Biex tibqa’ biss il-verità.
Ġwanni l-Battista kien qal dan fuq Ġesù: “Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar” (Lq 3, 16). B’hekk ħabbar minn qabel il-magħmudija nisranija li bdiet isseħħ dakinhar li niżel l-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli u dehru ilsna tan-nar.
Jiġifieri l-missjoni ta’ Ġesù hi li jwassal in-nar fuq l-art, li hu l-Ispirtu s-Santu li jġedded u jsaffi kollox.
«Nar ġejt inqiegħed fuq l-art; U kemm nixtieq li diġà qabad!» (Lq 12,49).
Ġesù jagħtina l-Ispirtu. Imma kif jaħdem l-Ispirtu s-Santu ġewwa fina?
Jaħdem billi jpoġġi fina l-imħabba – dik l-imħabba li Hu jixtieq li aħna nżommuha dejjem tixgħel f’qalbna.
Din x’imħabba hi? Mhijiex xi ħaġa ta’ din id-dinja, limitata. Hi l-imħabba kif insibuha fil-Vanġelu. Hi li tħobb lil kulħadd, l-istess waħda li biha jħobbna l-Missier li hu fis-Sema, li jibgħat ix-xemx u x-xita fuq kulħadd, fuq it-tajbin u l-ħżiena, saħansitra fuq l-għedewwa.
Din hi mħabba li ma tistenna xejn mingħand ħadd, imma tħobb hi l-ewwel.
Hi mħabba li ssir ħaġa waħda ma’ kulħadd: tbati, tifraħ, tinkwieta u tittama ma’ kulħadd. U, jekk ikun hemm bżonn, dan tagħmlu bil-fatti. Għalhekk din mhijiex xi mħabba sentimentali, bil-kliem biss.
Din l-imħabba tħobb ’il Kristu li jinsab f’kull wieħed u waħda minn ħutna l-bnedmin; b’hekk niftakru fi kliem Ġesù: “Kull ma għamiltu... għamiltuh miegħi”. Din l-imħabba trid li ħaddieħor jasal biex iħobb huwa wkoll, biex flimkien mal-oħrajn isseħħ l-imħabba reċiproka: jien lilek u inti lili.
Din l-imħabba hi espressjoni konkreta li tidher tal-ħajja tagħna tal-Vanġelu. Hija tagħti siwi kbir lill-kelma li mbagħad aħna nistgħu u għandna nwassluha lill-oħrajn.
«Nar ġejt inqiegħed fuq l-art; U kemm nixtieq li diġà qabad!» (Lq 12,49).
L-imħabba hi bħan-nar. L-importanti li tibqa’ taqbad.
Biex isir dan, irridu l-ħin kollu nqabbdu xi ħaġa. L-ewwel u qabel kollox irridu nitfgħu l-jien tagħna ġon-nar. Dan nagħmluh għax meta nħobbu, aħna jkollna f’moħħna lill-oħrajn. Jew ikollna f’moħħna lil Alla, u b’hekk nagħmlu r-rieda tiegħu, jew lill-proxxmu, meta aħna ngħinuh.
Jekk inżommu n-nar il-ħin kollu jaqbad, anki jekk ikun nar żgħir, dan jista’ jwassal għal ħuġġieġa kbira. Dan hu n-nar li Ġesù ġab fuq din l-art: nar ta’ mħabba u ta’ sliem, li bih kulħadd ikun aħwa ta’ xulxin.
«Nar ġejt inqiegħed fuq l-art; U kemm nixtieq li diġà qabad!» (Lq 12,49). “Kelma tal-Ħajja”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari. Kitba ta’ Chiara Lubich, fl-2001 Grafika Anna Lollobis-sehem ta’ Fr Placido D’Omina (Sqallija, Italja) Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett, u jilħaq miljuni ta’ nies madwar id-dinjapermezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.Għal iżjed tagħrif żurwww.focolare.orgDan il-PPT, f’diversi ilsna huwa mxandar fuq is-sit www.santuariosancalogero.org