300 likes | 512 Views
Kelma tal-Ħajja. April 2011. “ Mhux li rrid jien, imma li trid Int ” (M k 14,36). Meta fil-ġnien tal-Ġetsemani waslet għal Ġesù s-siegħa tant mistennija, l-aktar waħda kruċjali ta’ ħajtu, hu nxteħet għarkupptejh fl-art u beda jitlob lil Alla.
E N D
Kelma tal-Ħajja April 2011
Meta fil-ġnien tal-Ġetsemani waslet għal Ġesù s-siegħa tant mistennija, l-aktar waħda kruċjali ta’ ħajtu, hu nxteħet għarkupptejh fl-art u beda jitlob lil Alla.
B’tant ħlewwa beda jsejjaħlu “Missier”. Talbu biex “ibiegħed minnu dak il-kalċi”, jiġifieri t-tbatijiet kbar u l-mewt li kellu jġarrab. Talbu biex dak il-mument jgħaddi... Imma fl-aħħar mill-aħħar Ġesù ntelaq għal kollox fir-rieda tiegħu:
Ġesù kien jaf li l-passjoni tiegħu ma kinetx xi ġrajja li kienet se sseħħ b’kumbinazzjoni, lanqas ma kienet se tkun xi deċiżjoni meħuda mill-bnedmin. Kienet fil-pjan t’Alla. Ġesù ttella’ quddiem il-ġustizzja tal-bnedmin, imma l-“kalċi” kien ġej mingħand Alla.
Ġesù jgħallimna li l-Missier għandu pjan ta’ mħabba għal kull wieħed u waħda minna. Hu jħobbna b’imħabba personali u, jekk aħna nemmnu f’din l-imħabba, jekk inwieġbu b’imħabbitna għaliha, minn kull ġrajja li ngħaddu minnha, Hu se joħroġ il-ġid.
Għal Ġesù xejn ma ġara b’kumbinazzjoni, lanqas il-passjoni u l-mewt tiegħu.
Wara li seħħ dan kollu, Hu Rxoxta. Din il-festa kbira niċċelebrawha dan ix-xahar.L-eżempju li tana Ġesù Rxoxt għandu jdawlilna ħajjitna.
Kulma jasal fuqna, kulma jiġri, kulma hemm madwarna, kif ukoll kull ħaġa li ġġiegħilna nbatu, għandna nitgħallmu naqrawha bħala rieda t’Alla li jħobbna jew bħala xi ħaġa li jippermettiha Hu.
Imbagħad kollox jibda jagħmel sens f’ħajjitna, kollox ikun jiswa, anki dawk l-affarijiet li meta jiġru ma nifhmuhomx jew narawhom bla sens, anki dawk li, bħalma ġralu Ġesù, jistgħu jitfgħuna f’dieqa tal-mewt.
Ikun biżżejjed li, flimkien miegħu, nagħrfu ntennu, b’fiduċja sħiħa fl-imħabba tal-Missier:
Hu jrid li aħna ngħixu, li nirringrazzjawh bil-ferħ għad-doni li jagħtina fil-ħajja tagħna. Imma xi drabi din ma tkunx kif ħsibnieha aħna. Il-ħajja mhijiex li tirrassenja ruħek quddiem id-diffikultajiet, l-aktar meta tgħaddi minn mumenti ta’ tbatija. Lanqas ma hi sensiela ta’ azzjonijiet monotoni mifruxa tul ħajjitna hawn fl-art.
Ir-rieda t’Alla hi l-leħen tiegħu li l-ħin kollu jkellimna u jistedinna, hi l-mod kif hu jfisser imħabbtu, biex jagħtina l-milja tal-Ħajja.
Dan kollu nistgħu nxebbhuh max-xemx: ir-raġġi li joħorġu minnha jixbhu r-rieda t’Alla għall-bnedmin. Kull bniedem jimxi fuq raġġ tax-xemx, jiġifieri fuq dak li Alla jrid minnu.
Għalhekk, aħna lkoll nagħmlu rieda waħda, dik t’Alla. Imma din hi differenti għal kull bniedem. Aktar ma dawn ir-raġġi joqorbu lejn ix-xemx, aktar joqorbu lejn xulxin.
Aħna wkoll, aktar ma nersqu qrib t’Alla, meta l-ħin kollu nagħmlu r-rieda tiegħu b’mod perfett, aktar nersqu lejn xulxin... sa ma nsiru lkoll ħaġa waħda.
Jekk ngħixu hekk, kollox jista’ jinbidel f’ħajjitna. Flok ma mmorru għand min jogħġob lilna u nħobbu lilhom biss, inkunu kapaċi nersqu ħdejn kull min Alla jlaqqagħna miegħu.
Minflok ma nippreferu dak li jogħġobna, għandna nfittxu dak li r-rieda t’Alla tissuġġerielna u aħna nippreferuh.
Meta jkollna f’moħħna li nagħmlu r-rieda t’Alla għal dak il-mument (“li trid int”), dan iwassalna biex ma nintrabtux mal-affarijiet u mal-“jien” tagħna (“mhux li rrid jien”). Dan id-distakk ma rridux infittxuh apposta, għax aħna rridu nfittxu biss lil Alla, u fil-fatt hekk inkunu qed nagħmlu.
Imbagħad il-ferħ tagħna jkun wieħed sħiħ. Ikun biżżejjed li nintefgħu fil-mument preżenti u f’dak il-waqt nagħmlu r-rieda t’Alla, filwaqt li ntennu:
L-imgħoddi m’għadux jeżisti aktar; il-futur għadu mhux f’idejna. Dan bħal meta wieħed ikun qed jivvjaġġa fuq ferrovija: dan ma jridx joqgħod jimxi ‘l quddiem u lura biex jasal, imma joqgħod bilqiegħda f’postu.
L-istess irridu nagħmlu aħna: noqogħdu weqfin fil-mument preżenti. Il-ferrovija taż-żmien timxi waħedha. Lil Alla nistgħu nħobbuh biss fil-mument preżenti li jingħatalna, u f’dak il-ħin ngħidu l-“iva” tagħna għar-rieda tiegħu bil-qawwa kollha, bi sħiħ u bil-ħeġġa.
Mela għandna nitbissmu bl-imħabba, għandna nagħmlu xogħlna bl-imħabba, insuqu l-karozza bl-imħabba, inħejju dik l-ikla bl-imħabba, norganizzaw dik l-attivitità bl-imħabba. U dan nagħmluh għal min qed ibati u jinsab qrib tagħna.
Lanqas il-provi jew it-tbatijiet m’għandhom ibeżżgħuna. Jekk bl-għajnuna ta’ Ġesù nagħrfu r-rieda t’Alla fit-tbatijiet u l-provi, jiġifieri l-imħabba tiegħu għalina, dawn m’għandhomx ibeżżgħuna. Anzi nkunu nistgħu nitolbu hekk:
Mulej, agħmel li xejn ma jbeżżagħni, għax kulma jiġri mhuwiex għajr ir-rieda tiegħek! Mulej, agħmel li ma jkolli l-ebda xewqa fija, għax l-akbar xewqa tiegħi hi r-rieda waħdanija tiegħek. Fl-aħħar mill-aħħar, x’inhu importanti fil-ħajja, mhux ir-rieda tiegħek? Agħmel li xejn ma jħawwadni, għax ir-rieda tiegħek tinsab f’kollox. Agħmel li ma niftaħar b’xejn, għax kollox ġej mir-rieda tiegħek.
“Mhux li rrid jien, imma li trid Int” (Mk 14,36) “Kelma tal-Ħajja”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari. Kitba ta’: Chiara Lubich, Pubblikata f’ Ottubru 2002.Grafika Anna Lollobis-sehem ta’ Fr.Placido D’Omina (Sqallija, Italja) Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,u jilħaq miljuni ta’ persuni madwar id-dinjapermezz tal-istampar, radju, TV jew internet.Għal iżjed tagħrif, żur www.focolare.orgNumri tat-telefon tal-Moviment f’Malta 21 486112 jew 21 385801
MARIAPOLI 201131 ta’ Marzu – 3 April Tixtieq tagħmel esperjenza ta' soċjetà ġdida? Nistednuk għall- MARIAPOLI (IL-BELT TA' MARIJA) Il-Mariapoli hija “belt” fejn nies ta’ kull eta u qasam tal-ħajja jiltaqgħu flimkien biex permezz tal-għixien tal-Vanġelu jagħtu xhieda li l-bnedmin jistgħu jkunu tassew familja waħda. Għal iżjed tagħrif żur www.mariapolimalta.info Jew ċempel 21 38 58 01 jew 21 48 61 12