100 likes | 1.06k Views
Ritratt ta’ Toninu man- Nanna. Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2009. In- n anna bilqiegħda Fuq siġġu tal-qasab Bil-libsa tal-wegħ d a Ftit ħamra biż-żmien;. Toninu f’ħoġorha Bil-qmis imgħoddija, Qalziet u sidrija Minn lewn il-ġunġlien. Hi wiċċha bin-nemex Għajnejha miksura,
E N D
Ritratt ta’ Toninu man-Nanna Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2009
In-nanna bilqiegħda Fuq siġġu tal-qasab Bil-libsa tal-wegħda Ftit ħamra biż-żmien;
Toninu f’ħoġorha Bil-qmis imgħoddija, Qalziet u sidrija Minn lewn il-ġunġlien.
Hi wiċċha bin-nemex Għajnejha miksura, Ftit safra u magħdura Bil-mard u bil-hemm.
Toninu bħal xitla Li għadha kemm titla’, Toninu bħal warda Li fetħet bilkemm.
Hi donnha trid tidħak ’Mma d-daħka tmutilha Xħin taħseb f’dak l-ieħor Li Alla ħadilha U l-ftit li baqgħalha Biex tmur taħt it-trab:
Toninu jiftakar Ilbieraħ l-iskola Kemm daħak, kemm għajjat, Kemm qabeż, kemm għola, U wiċċu jiddawwal Bħal sema bla sħab.