420 likes | 753 Views
www.ofm.org.mt. KRISTU: ID-DAWL TAD-DINJA. L-1 Qari Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija Is 9, 1-4. Fl-imgħoddi Alla waqqa’ fil-għajb l-art ta’ Żabulon u Neftali;. ‘il quddiem għad jimla bil-glorja t-triq tal-baħar ‘il hemm mill-Ġordan, il-Galilija tal-ġnus.
E N D
www.ofm.org.mt KRISTU:ID-DAWL TAD-DINJA
Fl-imgħoddi Alla waqqa’ fil-għajb l-art ta’ Żabulon u Neftali;
‘il quddiem għad jimla bil-glorja t-triq tal-baħar ‘il hemm mill-Ġordan, il-Galilija tal-ġnus.
Il-poplu li kieni miexi fid-dlam ra dawl kbir,in-nies li joqogħdu f’art id-dlam dawl kbir idda fuqhom.
Int kattart il-hena, kabbart il-ferħ; huma ferħu quddiemek, bħalma jifirħu fi żmien il-ħsad, bħalma jifirħu fi qsim il-priża.
Għax il-madmad li kien itaqqlu, u l-ħatar ta’ fuq spallejh,int kissirthom bħal f’jum Midjan.
SALM RESPONSORJALISalm 26Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi
Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi,Minn min għandi nibża’?Il-Mulej hu l-kenn tiegħi,Quddiem min għandi nitwerwer?
Ħaġa waħda tlabt lill-Mulej, lilha nfittex:li ngħammar f’dar il-Mulejil-jiem kollha ta’ ħajti,biex nitgħaxxaq bil-ħlewwa tal-Muleju nbakkar fit-tempju tiegħu.
Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulejf’art il-ħajjin.Ittama fil-Mulej, żomm sħiħ u qawwi qalbek,ittama fil-Mulej.
IT-2 QARIQari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin1 Kor 1, 10-13.17
Nitlobkom, ħuti, f’isem Sidna Ġesu’ Kristu, biex tkunu taqblu lkoll bejnietkom u ma jkunx hemm firdiet fostkom.
Kunu magħqudin kif imiss, ruħ waħda u fehma waħda.Ħuti, qaluli fuqkom in-nies ta’ Kloe li fostkom hemm it-tilwim:
irrid ingħid jien, li kull wieħed minnkom qiegħed igħid, ‘Jien ma’ Pawlu,’ u, ‘Jiena ma’ Apollo,’ u,
‘Jiena ma’ Kefa,’ u, ‘Jiena ma’ Kristu.’ Jaqaw Kristu maqsum?
Forsi Pawlu kien li ssallab għalikom, jew f’isem Pawlu tgħammidtu?
Għax lili Kristu ma bagħatnix biex ngħammed, imma biex inxandar il-Bxara t-Tajba,
mhux bi kliem il-għerf, sabiex ma jiġix fix-xejn is-salib ta’ Kristu.
Hallelujah. HallelujahĠesu’ xandaril-Bxara t-Tajbatas-Saltna,ufejjaqkullxortata’ mardfil-popluHallelujah
F’dak iż-żmien: Meta Ġesu’ sema’ li ‘l Ġwanni kienu arrestawh, warrab lejn il-Galilija.
Telaq minn Nażaret, u ġie joqgħod f’Kafarnahum, qrib xatt il-baħar, fl-inħawi ta’ Żabulon u Neftali.
Hekk kellu jseħħ dak li kien intqal mill-profeta Isaija, ‘Art ta’ Żabulon, art ta’ Neftali,
it-triq tal-baħar, l-art ‘il hemm mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus!
Il-poplu li kien jinsab fid-dlamijiet ra dawl kbir; dawk li kienu jinsabu f’art u dell il-mewt idda dawl għalihom.’
Minn dak iż-żmien Ġesu’ beda jxandar u jgħid: ‘Indmu, għax qorbot is-Saltna tas-Smewwiet.’
Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ żewġt aħwa, Xmun, igħidulu Pietru, u Indri’, ħuh,
qegħdin ikalaw ix-xbiek il-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom:
‘Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin.’ U minnufih telqu x-xbiek u marru warajh.
Wara li mexa minn hemm, ra żewġt aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni,
qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom Żebedew iħejju x-xbiek tagħhom; u sejħilhom.
U dar il-Galilija kollha, igħallem fis-sinagogi tagħhom, ixandar il-Bxara t-Tajba tas-Saltna,
u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien dgħajjef minn saħħtu fil-poplu.
www.ofm.org.mt KRISTU:ID-DAWL TAD-DINJA