340 likes | 514 Views
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-Unjoni Ewropea (UE) x'inhi?. 28 Stat Membru 508 miljun abitant Pajjiżi kandidati għas-sħubija mal-UE: l-Islanda, it-Turkija, is-Serbja, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro. Liema huma l-prinċipji fundamentali tal-UE?.
E N D
L-Unjoni Ewropea (UE) x'inhi? • 28 Stat Membru • 508 miljun abitant • Pajjiżi kandidati għas-sħubija mal-UE: l-Islanda, it-Turkija, is-Serbja, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro
Liema huma l-prinċipji fundamentali tal-UE? • Valuri komuni: ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt, i-drittijiet tal-bniedem, il-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà (Artikolu 2 tat-TUE) • Għan:li tippromovi l-paċi, il-valuri tal-Unjoni u l-benessri tal-popli tagħha (Artikolu 3 tat-TUE) • 4 libertajiet: il-moviment liberu tal-persuni, tal-merkanzija, tas-servizzi u l-kapital
Is-snin 50 - l-oriġiniIr-rikostruzzjoni ta' wara l-gwerra • 1950: 9 ta' Mejju – Dikjarazzjoni ta' Robert Schuman • 1951:il-ħolqien tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) 6 Stati Membri: il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi • 1957: it-Trattati ta' Ruma - il-ħolqien tal-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u tal-Euratom
Is-snin 60 - il-pedamenti • 1960: jinħoloq il-Fond Soċjali Ewropew • 1962: titnieda l-Politika Agrikola Komuni (PAK) • 1968: jitneħħew il-liġijiet doganali
Is-snin 70 • 1973: l-ewwel tkabbir - dħul tad-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Irlanda l-Ewropa tħaddan 9 Stati Membri • 1979: l-ewwel elezzjoni b'vot universali dirett tal-Membri tal-Parlament Ewropew
Is-snin 80 - il-konsolidazzjoni • It-tkabbir bis-sħubija tal-pajjiżi tan-nofsinhar tal-Ewropa: il-Greċja (1981), Spanja u l-Portugall (1986) l-Ewropa tħaddan 12-il Stat Membru • 1986: L-Att Uniku Ewropew • 1990: bl-unifikazzjoni tal-Ġermanja, dik li kienet il-Ġermanja tal-Lvant tidħol fil-KEE
Is-snin 90 • 1993: jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Maastricht • 1995: Tkabbir mill-ġdid - l-Awstrija, il-Finlandja, l-Isvezja l-Ewropa tħaddan 15-il Stat Membru
Is-snin 2000L-euro u t-tkabbir il-kbir • L-1 ta' Jannar 2002:12-il pajjiż jadottaw l-euro • 2004:tkabbir bl-adeżjoni ta' pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant - 10 Stati Membri ġodda jissieħbu mal-UE: Ċipru, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u s-Slovenja l-Ewropa tħaddan 25 Stat Membru • 2007:Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija l-Ewropa tħaddan 27 Stat Membru • 2013: Adeżjoni tal-Kroazja l-Ewropa tħaddan 28 Stat Membru
Is-snin 2000 • Bżonn ta' riforma tal-istituzzjonijiet • Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi jirrifjutaw il-Kostituzzjoni Ewropea (2005) • Adozzjoni tat-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009
L-UE x'tagħmel għalik?Xi eżempji • Tagħtik il-libertà li tgħix, tistudja, taħdem fi kwalunkwe Stat Membru • Programmi ta' skambju għaż-żgħażagħ: Comenius, Leonardo Da Vinċi u Erasmus • Munita unika għal 18-il pajjiż • Liġijiet ambjentali biex jiġi miġġieled it-tisħin tal-klima • Opportunitajiet indaqs • Tnaqqis fil-prezz tat-telefonija • U naturalment ħafna affarijiet oħra ...
Il-Parlament Ewropew Koleġislatur (mal-Kunsill) Kontroll tal-baġit u tal-politiki tal-istituzzjonijiet Ewropej Attwalment hemm 766 MEP eletti b'vot universali (751 MEP wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2014) Elezzjonijiet kull 5 snin President: Martin Schulz
Il-Kunsill Ewropew Jagħti spinta ġenerali lill-UE u jiddefinixxi l-linji gwida u l-prijoritajiet politiċi Huwa magħmul mill-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri, flimkien mal-President tal-Kunsill u l-President tal-Kummissjoni Ewropea President: Herman Van Rompuy
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Koleġislatur mal-Parlament Ewropew (jemenda, jadotta jew jirrifjuta l-proposti leġislattivi tal-Kummissjoni) Ilaqqa' l-ministri tat-28 Stat Membri skont l-aġenda Presidenza b'rotazzjoni: ippreseduta minn Stat Membru differenti kull 6 xhur 1 ta' Jannar - 30 ta' Ġunju 2014: Greċja 1 ta' Lulju - 31 ta' Diċembru 2014: Italja
Il-Kummissjoni Ewropea Tipproponi u timplimenta l-liġijiet (dritt ta' inizjattiva; "gwardjan" tat-trattati) 28 kummissarju li l-president tagħhom huwa José Manuel Barroso Kummissarju għal kull Stat Membru, kull wieħed b'qasam ta' kompetenza individwali
L-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE • Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea • Il-Bank Ċentrali Ewropew • Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri • Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) • Il-Kumitat tar-Reġjuni
X' inhu l-KESE? • Il-KESE huwa korp konsultattiv, stabbilit mit-Trattat ta' Ruma (1957) • Huwa jirrappreżenta s-soċjetà ċivili organizzata Parlament Ewropew Kunsill tal-Unjoni Ewropea Kummissjoni Ewropea Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
X'inhi s-soċjeta ċivili organizzata? Din hija l-ġabra ta' gruppi u organizzazzjonijiet li ċ-ċittadini jistabbilixxu biex jirrappreżentaw l-interessi tagħhom, jilħqu għan jew jikkooperaw ma' ċittadini oħra li għandhom l-istess għan.
X’inhu r-rwol tal-KESE? • Rwol konsultattiv fir-rigward tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (jinħarġu +/- 200 opinjoni fis-sena) • Pjattaforma istituzzjonali ta' djalogu u konsultazzjoni • Promozzjoni tal-valuri Ewropej, id-demokrazija parteċipattiva u r-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili
Pont bejn l-UE u s-soċjetà ċivili organizzata • Jippromovi l-interessi tas-soċjetà ċivili • Jagħmilha possibbli li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Istati Membri jesprimu fehmiethom fil-livell Ewropew
Min huma l-membri tal-KESE? • 353 membru, maħtura għal 5 snin • President wieħed (1), elett kull sentejn u nofs • President attwali: Henri Malosse (2013-2015) • Jirrappreżentaw il-gruppi ekonomiċi u soċjali: min iħaddem, ħaddiema, NGOs u oħrajn • Jaħdmu abbażi ta' kunsens • Għandhom għarfien importanti ta' bosta oqsma • Jorganizzaw +/- 9 sessjonijiet plenarji fis-sena
Kif inhu organizzat il-KESE? Tħejjija ta' opinjoni 6 sezzjonijiet Assemblea plenarja GRUPP II Ħaddiema GRUPP I Min iħaddem Grupp III Interessi varji SEZZJONI Grupp ta’ Studju: Membri u esperti SEZZJONI
Il-ħidma tiegħek: 7 stadji • Aqra l-proposta għall-azzjonijiet għall-futur tal-Ewropa u ddiskutiha • Agħżel massimu ta' żewġ opzjonijiet mill-għażla multipla (a, b, c, ... eċċ.) • Ipproponi azzjonijiet addizzjonali bl-Ingliż. L-għadd ta’ proposti huwa limitat għal tnejn għal kull skola • Ħejji ż-żjara fi Brussell • Brussell: laqgħa fi grupp ta' ħidma • Dibattitu u votazzjoni • Preżentazzjoni tal-votazzjoni
1. Aqra l-proposta għall-azzjonijiet u ddiskutiha • Nofs Jannar 2014: ser tirċievi d-dokument ta' ħidma fil-lingwa tiegħek u l-istruzzjonijiet bl-Ingliż u l-Franċiż • Dan id-dokument ta' ħidma ser iservi bħala l-bażi għad-dibattitu fi Brussell u jinkludi lista ta' tnax-il azzjoni għall-futur tal-Ewropa • Id-diversi azzjonijiet għandhom jiġu diskussi fil-klassi
2. Agħżel l-azzjonijiet • Wara d-diskussjoni fil-klassi dwar l-azzjonijiet proposti, agħżlu massimu ta' żewġ għażliet mill-għażla multipla (a, b, c... eċċ.) • Ipproponi azzjonijiet addizzjonali (tnejn għal kull skola) bl-Ingliż. It-tul massimu hu ta' 70 karattru għal kull azzjoni (spazji inklużi) • Kull skola għandha tibgħat l-għażliet tagħha lill-KESE
3. Ħejji ż-żjara tiegħek fi Brussell • Il-lista tal-14-il azzjoni magħżula mill-iskejjel kollha ser tiġi ppubblikata fil-bidu ta' Marzu • Ipprepara biex tressaq l-argumenti, tinnegozja, u tiddibatti dwar dawn l-azzjonijiet biex tkun imħejji sew matul il-workshops fi Brussell
4. Brussell: laqgħa fi grupp ta' ħidma • L-14-il azzjoni magħżula ser jiġu diskussi f'workshop: skambju ta' ideat, dibattitu bejn l-istudenti.
5. Brussell: dibattitu u votazzjoni • Preżentazzjoni fis-sessjoni plenarja tal-konklużjonijiet ta' kull grupp ta' ħidma quddiem ir-rappreżentanti tad-diversi gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew • Votazzjoni elettronika
Skadenza u kuntatt • Id-data sa meta għandhom jaslulna l-azzjonijiet tagħkom bl-Ingliż (massimu ta' 2) u l-għażla tal-opzjonijiet ta' kull azzjoni hija l-: 14 ta' Frar 2014 • Indirizz elettroniku: youreurope@eesc.europa.eu • Sit tal-internet: www.eesc.europa.eu • L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! • @youreurope