1 / 30

Agħżlu llum lil min tridu taqdu.

Qari mill-ktieb ta ’ Ġożwè Ġożwè 24, 14-29. Agħżlu llum lil min tridu taqdu. F’dak iż-żmien, Ġożwè qal lill-poplu: “Għalhekk issa ibżgħu mill-Mulej, u aqduh bir-reqqa u l-fedeltà; warrbu l-allat li missirijietkom qdew lil. hemm mix-xmara u fl-Eġittu, u aqdu l-Mulej.

ross-burris
Download Presentation

Agħżlu llum lil min tridu taqdu.

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-ktieb ta’ Ġożwè Ġożwè 24, 14-29 Agħżlu llum lil min tridu taqdu.

  2. F’dak iż-żmien, Ġożwè qal lill-poplu: “Għalhekk issa ibżgħu mill-Mulej, u aqduh bir-reqqa u l-fedeltà; warrbu l-allat li missirijietkom qdew lil

  3. hemm mix-xmara u fl-Eġittu, u aqdu l-Mulej. U jekk ma jogħġobkomx taqdu l-Mulej, agħżlu llum lil min tridu taqdu; jekk hux l-allat li kienu jaqdu missirijietkom lil hemm

  4. mix-xmara, jew l-allat tal-Amurrin li f’arthom qegħdin tgħammru. Imma jien u dari naqdu l-Mulej.” U l-poplu kollu wieġeb u qal: “Ma jkun qatt li aħna

  5. nħallu l-Mulej biex naqdu allat oħra! Għax kien l-Mulej, Alla tagħna, li talla’ lilna u ’l missirijietna mill-art tal-Eġittu, minn dar il-jasar, u li għamel quddiemna stess dawn

  6. il-ħwejjeġ kbar, u ħarisna matul it-triq kollha li minnha għaddejna u fost il-popli li minn ġo nofshom qsamna. U l-Mulej keċċa minn quddiemna l-popli kollha u

  7. l-Amurrin li kienu jgħammru fl-art. Għalhekk aħna wkoll lill-Mulej naqdu, għaliex hu Alla tagħna.” U Ġożwè wieġeb lill-poplu:

  8. “Intom ma tifilħux taqdu l-Mulej, għaliex hu Alla qaddis, Alla għajjur; huwa ma jaħfrilkomx dnubietkom u ħtijietkom, għax jekk intom titilqu l-Mulej biex taqdu allat

  9. barranin, hu jdur kontra tagħkom, jaħqarkom u jeqridkom, wara li jkun għamlilkom il-ġid.” U l-poplu wieġeb lil Ġożwè: “Le! Għax aħna l-Mulej se

  10. naqdu.” • Ġożwè wieġeb lill-poplu: • “Kunu xhieda intom għalikom infuskom, li intom għażiltu l-Mulej biex taqdu lilu.” • U huma wieġbu:

  11. “Nixhdu aħna.” • “Mela issa neħħu l-allat barranin li hemm f’nofskom, u dawru qalbkom lejn il-Mulej, Alla ta’ Iżrael!” • U l-poplu wieġeb lil

  12. Ġożwè: • “Lill-Mulej, Alla tagħna. naqdu, u leħnu nisimgħu.” • Hekk Ġożwè dakinhar għamel patt mal-poplu, u tah il-liġijiet u ordnijiet f’Sikem. Ġożwè kiteb dan

  13. il-kliem kollu fil-ktieb • tal-liġi ta’ Alla, u ħa ġebla kbira, u waqqafha hemm taħt il-balluta li hemm • fis-santwarju tal-Mulej. U Ġożwè qal lill-poplu kollu: • “Araw! Din il-ġebla tkun

  14. għalina xhieda, għax hi semgħet il-kliem kollu tal-Mulej li qalilna u tkun għalikom xhieda li ma tiċħdux lil Alla tagħkom.” U Ġożwè bagħat lill-poplu, lil kullħadd fl-art tiegħu.

  15. Wara dawn il-grajja miet Ġożwè bin Nun, qaddej tal-Mulej, fl-għomor ta’ mija u għaxar snin.

  16. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  17. Salm Responsorjali R:/ Mulej, inti s-sehem ta’ wirti

  18. Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn. Jien għedt lill-Mulej: “Int Sidi.” Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi, Inti żżomm f’idejk xortija.

  19. R:/ Mulej, inti s-sehem ta’ wirti

  20. Imbierek lill-Mulej li tani l-fehma; imqar billejl qalbi tgħallimni.

  21. Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi, għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek.

  22. R:/ Mulej, inti s-sehem ta’ wirti

  23. Int tgħallimni t-triq tal-ħajja; hemm il-milja tal-ferħ quddiemek, hemm l-għaxqa għal dejjem f’lemintek.

  24. R:/ Mulej, inti s-sehem ta’ wirti

  25. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ tas-saltna wrejthom liċ-ċkejknin. Hallelujah, Hallelujah

  26. Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew Mt 19, 13-15 R:/ GlorjalilekMulej Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, għax ta’ min hu bħalhomhija s-Saltna tas-Smewwiet.

  27. F’dak iż-żmien, ressqu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajtu magħhom. U Ġesù qalilhom:

  28. “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.” Imbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.

  29. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  30. ĦSIEB

More Related